STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja d-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela pprova jiskredita x-xogħol li sar u qed isir mill-ħaddiema u l-professjonisti fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Ir-Residenza San Vinċenz de Paul tilqa’ 1200 klijent u tħaddem iktar minn elf ħaddiem fi gradi differenti. Il-Gvern f’din il-leġislatura kompla jaħdem biex jisbieħu s-swali u fuq kollox saru diversi proġetti importanti fost l-oħrajn il-ftuħ tal-Blokka Ġwanni Pawlu II li taqdi l-ħtiġijiet ta’ 144 pazjent bid-dimensja.
Fir-Residenza nfetaħ ukoll night shelter barra li qed jingħata s-servizz ta’ respite centre, u activity centre għall-persuni bid-dimensja li jgħixu fil-komunità. Mill-kċina ta’ San Vinċenz jissajru kuljum 2,800 ikla u minn hemm jissajru wkoll l-ikliet tal-Meals on Wheels. Infetaħ ukoll grawnd tal-futbol li jista’ jintuża mir-residenti u l-istaff.
Barra minn hekk jingħataw servizz ta’ Occupational Theraphy u Fiżjoterapija u servizzi oħrajn. L-Isptar għandu wkoll servizz tat-trasport mill-Arriva Malta li ddur mar-Residenza. Barra minn hekk twaqqfu kumitati tar-residenti u tal-qraba biex il-klijenti jkollhom leħen.
Hu ċar li l-Oppożizzjoni ma tapprezzax il-ħidma li ssir għall-anzjani minn tant nies li ta’ kuljum jiddedikaw ħinhom biex l-anzjani tagħna jgħixu aħjar.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en