Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0174
Date Icon 06/02/2013

L-artiklu li qed jidher dal-għodu fil-ġurnal L-Orizzont dwar il-pilloli tad-dimensja mhux jgħid il-verità.

Il-mediċina dejjem kienet disponibbli u bi ftehim mal-kliniċi bdiet tingħata wara assesjar kliniku. Teżisti f’żewġ dożi u d-dipartiment qatt ma kellu problema ta’ stock.

Din il-mediċina bdiet tingħata mill-Isptar Mater Dei, mill-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech, imbagħad fir-Residenza San Vinċenz de Paul u ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Din il-mediċina se tkun tista’ tinġabar mill-ispiżerija tal-għażla tiegħek skont fejn ikun reġistrat il-pazjent.

Bħalissa l-pazjenti qed jingħataw aktar minn 1,300 mediċina b’xejn u f’dawn il-ħames snin il-Gvern żied il-medicini li jingħataw b’xejn u żied ukoll il-kundizzjonijiet mediċi biex aktar pazjenti jkunu intitolati għall-mediċini. 

Barra minnhekk infirxet l-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek biex min hu intitolat għall-mediċina b’xejn ikun jista’ jiġborha mill-ispiżerija viċin tiegħu jew tagħha.  Anzjani u persuni b’diżabilità li għandhom is-servizz tal-Homehelp titwasslilhom il-mediċina d-dar taghhom permezz tal-carers.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow