STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
L-artiklu li qed jidher dal-għodu fil-ġurnal L-Orizzont dwar il-pilloli tad-dimensja mhux jgħid il-verità.
Il-mediċina dejjem kienet disponibbli u bi ftehim mal-kliniċi bdiet tingħata wara assesjar kliniku. Teżisti f’żewġ dożi u d-dipartiment qatt ma kellu problema ta’ stock.
Din il-mediċina bdiet tingħata mill-Isptar Mater Dei, mill-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech, imbagħad fir-Residenza San Vinċenz de Paul u ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Din il-mediċina se tkun tista’ tinġabar mill-ispiżerija tal-għażla tiegħek skont fejn ikun reġistrat il-pazjent.
Bħalissa l-pazjenti qed jingħataw aktar minn 1,300 mediċina b’xejn u f’dawn il-ħames snin il-Gvern żied il-medicini li jingħataw b’xejn u żied ukoll il-kundizzjonijiet mediċi biex aktar pazjenti jkunu intitolati għall-mediċini.
Barra minnhekk infirxet l-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek biex min hu intitolat għall-mediċina b’xejn ikun jista’ jiġborha mill-ispiżerija viċin tiegħu jew tagħha. Anzjani u persuni b’diżabilità li għandhom is-servizz tal-Homehelp titwasslilhom il-mediċina d-dar taghhom permezz tal-carers.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en