Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0162
Date Icon 04/02/2013

Risposta għad-diskors li għamel Dott Muscat f’Raħal Ġdid

Dott. Muscat iwiegħed liġi dwar is-saħħa mentali li diġà għaddiet mill-Parlament f’Diċembru li għadda

Dott. Muscat dalgħodu wiegħed liġi dwar is-saħħa mentali meta fil-fatt din il-liġi diġà għaddiet mill-Parlament f’Diċembru li għadda.  L-Oppożizzjoni nnifisha ħadet sehem fid-dibattitu parlamentari u din il-liġi għaddiet unanimament.

Is-Segretarjat Parlamentari jfakkar lil Dott. Muscat il-proċess kollu li wassal għall-approvazzjoni tal-liġi dwar is-saħħa mentali:

F’Ġunju 2012, l-abbozz ta’ liġi ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.

F’Novembru saret id-diskussjoni fit-Tieni Qari u fil-Kumitat fejn l-Abbozz ta’ Liġi għadda unanimament. 

Fit-3 ta’ Diċembru l-liġi ġiet approvata mit-Tielet Qari mill-Parlament. 

Fis-7 ta’ Diċembru l-liġi tas-Saħħa Mentali ġiet iffirmata mill-President u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern bħala l-Att 22 tal-2012.

Il-Parlament ġie infurmat b’dan kollu fl-10 ta’ Diċembru 2012.

Dott. Muscat żbalja f’dak li qal.  Suġġett daqshekk sensittiv ma jistax jiġi trattat b’mod leġġer.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow