STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Risposta għad-diskors li għamel Dott Muscat f’Raħal Ġdid
Dott. Muscat iwiegħed liġi dwar is-saħħa mentali li diġà għaddiet mill-Parlament f’Diċembru li għadda
Dott. Muscat dalgħodu wiegħed liġi dwar is-saħħa mentali meta fil-fatt din il-liġi diġà għaddiet mill-Parlament f’Diċembru li għadda. L-Oppożizzjoni nnifisha ħadet sehem fid-dibattitu parlamentari u din il-liġi għaddiet unanimament.
Is-Segretarjat Parlamentari jfakkar lil Dott. Muscat il-proċess kollu li wassal għall-approvazzjoni tal-liġi dwar is-saħħa mentali:
F’Ġunju 2012, l-abbozz ta’ liġi ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
F’Novembru saret id-diskussjoni fit-Tieni Qari u fil-Kumitat fejn l-Abbozz ta’ Liġi għadda unanimament.
Fit-3 ta’ Diċembru l-liġi ġiet approvata mit-Tielet Qari mill-Parlament.
Fis-7 ta’ Diċembru l-liġi tas-Saħħa Mentali ġiet iffirmata mill-President u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern bħala l-Att 22 tal-2012.
Il-Parlament ġie infurmat b’dan kollu fl-10 ta’ Diċembru 2012.
Dott. Muscat żbalja f’dak li qal. Suġġett daqshekk sensittiv ma jistax jiġi trattat b’mod leġġer.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en