Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJEIT RURALI

pr0160
Date Icon 02/02/2013

Dak li semma Dott. Muscat dalgħodu diġa qed jitwettqu mill-Gvern jew ġew proposti mill-Gvern fill-Budget għal liema proposti Dott. Muscat ivvota kontra.

Il-Ministeru dejjem kellu bibien miftuħa għad-diskussjoni. Filwaqt li Dott. Muscat qed jgħid li se jwaqqaf kummissjoni magħmula minn rapreżentanti tas-settur, ma jafx li din diġa teżisti u qabel kull deċiżjoni li ssir fuq livell Ewropew dan il-kumitat ikun ikkonsultat. Tajjeb jingħad ukoll li l-Gvern iħallas biex jibgħat raprezentanti tas-settur għal-laqgħat fi Brussell. 

Dwar l-assigurazzjoni għas-sajjieda Dott Muscat ikkonferma kemm id-direzzjoni tal-Gvern hi tajba, tant li wiegħed li se jonora l-commitment li l-Gvern diġa għamel mas-sajjieda permezz ta’ MOU (Memorandum of Understanding). 

Dwar għajnuna lis-sajjieda fil-perijodu tal-closed season, kif tħabbar fil-budget għas-sena 2013, il-Gvern għandu ħsieb li jiftaħ skema amministrattiva fejn dawn is-sajjieda ikunu jistgħu jiġu mgħejjuna finanzjarjament biex jiġu kumpensati għall-istaġun magħluq. Għal din Dott. Muscat għażel li jivvota kontra. Vot kontra l-budget fisser vot kontra l-interesi tas-sajjiieda.

Kif jafu l-Koperattivi f’kemm ilha Malta fl-Unjoni Ewropea qatt ma ntilfu fondi għal dan is-settur. Skema ewropea li llum Dott. Muscat prova jirredikola kienet dik biex tagħti lura flus għal min jirtira mis-sajd tat-tonn u għalhekk jitneħħielu l-bastiment. Kieku din l-iskema ma saritx, kienu jintilfu l-fondi ewropej u s-settur ma kienx jiġi kkonsolidat. 

Kif jafu l-koperattivi l-Gvern diġa tkellem magħhom dwar ħruġ ta’ Tender biex huma jkollom sehem akbar fit-tmexxija tal-Hardstanding, liema proġett twettaq minn Gvern Nazzjonalista u li bih qed igawdu s-sajjieda.

Dott. Muscat f’Marsaxlokk ma tkellem xejn dwar ir-riskji lis-sajjieda bit-tankijiet tal-gass li jrid jibni u tfixkil fl-aċċess tal-port f’Marsaxlokk.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow