Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT FIT-TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA BIEX INSAĦĦU L-IMPJEGABILITÀ TAL-ĦADDIEM MALTI

pr0157
Date Icon 02/02/2013

-          Varata l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja

-          Id-Direttorat tal-Lifelong Learning li twaqqaf fl-2009, ħarreġ aktar minn 47,000 peruna

-          Din is-sena 16,400 persuna qed isegwu 750 kors differenti

47,803 persuna ħadu korsijiet ta’ taħriġ mid-Direttorat tal-Lifelong Learning li twaqqaf mill-Gvern fl-2009. Din is-sena 16,400 persuna qed isegwu wieħed mis-750 kors offruti li jinkludu taħriġ fil-lingwi, fil-matematika, fix-xjenza, fit-tekonoloġija tal-informatika, fil-ħiliet diġitali, fl-imprenditorija, u taħriġ soċjali u vokazzjonali. Illum il-ġurnata dawk kollha li jattendu għal dawn il-korsijiet biex jakkwistaw ħiliet ġodda qed jingħataw wkoll kwalifika rikonoxxuta. Fil-fatt din il-kwalifika qed tingħata wkoll lil dawk li jieħdu taħriġ permezz ta’ edukazzjoni mhux formali. Il-korsijiet tad-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja għandhom l-għan li n-nies itejbu l-ħiliet bażiċi tagħhom u jtejbu iċ-ċans li jsibu impjieg jew ikomplu jimirħu fil-karriera tagħhom.

Dan ħabbru l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport  meta vara l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tul il-Ħajja.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli qal li dan jingħaqad mal-investiment kbir li għamel il-Gvern fl-edukazzjoni, minn livell ta’ early education permezz tal-child care centres u l-kindergarten, għall-edukazzjoni obbligatorja, sa post-sekondarja u terzjarja.

Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-inizjattiva tingħaqad mal-istrateġija holitistika tal-Gvern biex jippromwovi it-tagħlim u t-taħriġ tul il-ħajja. Fil-fatt minbarra l-korsijiet offruti mid-Direttorat, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, permezz tal-programmi ta’ taħriġ tagħha b’għajuna mill-Fond Soċjali Ewropew investiet mal-€14-il miljun biex bejn l-2008 u l-2012 ħarrġet aktar minn 41,000 persuna. Aktar minn hekk ftit tal-ġranet ilu tnieda l-programm “Enhancing Employability Through Training” li se jħarreġ mat-8,000 persuna oħra. Puli saħaq li dan jingħaqad ukoll mal-Youth.Inc li tnieda wkoll f’din il-leġiżlatura li qed jagħti opportunita’ oħra lil żgħażagħ li ħarġu mill-edukazzjoni obbligatorja mingħajr iċ-ċertifikati neċessarji biex kulħadd ikollu l-ħiliet li għandu bżonn biex jirnexxi u jtejjeb l-impjeggabilità tiegħu.  

Is-Segretarju Parlamentari spejga kif, għal dan il-għan, f’dawn l-aħħar snin il-Gvern ħadem ma’ għaqdiet sportivi u kulturali, mas-soċjetà ċivili, u stakeholders oħra biex joħolqu opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-adulti.

Din l-istrateġija timxi pari passu mal-aġenda Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja li qed tħeġġeġ li jsir networking bejn il-Gvern, l-istituzzjonijiet edukattivi, min iħaddem u s-soċjetà ċivili bil-għan li tipprowovi t-tagħlim tul il-ħajja.

L-Onor Puli temm billi qal li l-mira aħħarija tal-Gvern hija li jħarreġ aktar nies biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. B’dan il-mod inkunu qed nissalvagwardjaw l-impjiegi u nkomplu noħolqu x-xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow