Left arrow Go Back

L-2012 KIENET SENA OĦRA REKORD GĦAS-SETTUR TURISTIKU

pr0150
Date Icon 31/01/2013

Is-sena li għaddiet ġew aktar minn 1.4 miljun turist li nefqu aktar minn €1.3 biljun f’pajjiżna

Is-sena li għaddiet kienet sena oħra rekord għas-settur turistiku. B’hekk fl-aħħar ħames snin pajjiżna kellu erba’ snin rekord. Dawn ir-riżultati issarrfu f’ekonomija iktar b’saħħitha u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi.

Statistika ppublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li fl-2012 ġew Malta  1,454,400 turist, li jfisser żieda ta’ 28,990 (+2%)  turist fuq l-2011. Dan huwa l-ogħla numru ta’ turisti li qatt ġie f’Malta.

Fl-2012, it-turisti qattgħu aktar minn 12.6 miljun  lejl, żieda ta’ madwar 916,000 lejl (+7.8%)fuq l-2011 u nefqu aktar minn €1.3 biljun, żieda ta’ aktar minn €110 miljun (+9%) fuq in-nefqa tat-turisti fl-2011. B’hekk fl-2012, pajjiżna reġa kellu riżultati rekord fit-tlett indikaturi ewlenin tas-settur turistiku li huma n-numru ta’ turisti, l-iljieli li qatgħu f’pajjiżna u n-nefqa tagħhom f’Malta li fl-aħħarnett tissarraf f’kummerċ għal diversi operaturi turistiċi, ħwienet u negozji oħra u fil-ħolqien ta’ aktar impjiegi.

L-istatistika tal-NSO turi li Diċembru li għadda kien id-disa’ xahar rekord konsekuttiv fl-2012. F’Diċembru li għadda ġew Malta 61,373 turist, li jfisser żieda ta’ 6,471 (+11.8%) turist fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. F’Diċembru 2012, it-turisti qattgħu aktar minn 638,000 lejl, żieda ta’ aktar minn 147,000  (+30%) lejl fuq Diċembru 2011 u nefqu madwar €55 miljun, żieda ta’ madwar €15-il-miljun  (+36.3%) fuq in-nefqa tat-turisti fl-2011.

Dawn ir-riżultati juru li l-politika tal-Gvern għat-turiżmu ibbażata fuq investiment fil-prodott, l-aċċessibilita’ u l-promozzjoni hija politika għaqlija li qed tissarraf f’ġid u kwalita’ ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti. Fl-aħħar snin il-Gvern investa fi skemi li jsaħħu l-prodott u s-servizz turistiku kif ukoll fi proġetti kapitali, infrastrutturali u fi spazji miftuħa li jsebbħu d-dehra ta’ pajjiżna u l-ambjent li ngħixu fih. Il-Gvern żied ukoll ir-rotot minn 56 fl-2008 għal 81 fl-2012 u kompla jinvesti fi promozzjoni efftiva barra minn pajjiżna. 

Il-Gvern jirikonoxxi wkoll s-sehem siewi tal-operaturi turistiċi u l-stakeholders li ħadmu b’koperazzjoni effettiva biex pajjiżna jġib riżultati pożittivi fis-settur turistiku għal sena wara l-oħra. Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jaħdem id f’id mal-istakeholders u biex iwettaq il-proposti fil-Politika tat-Turiżmu (2012-2016) sabiex pajjiżna jibqa’ jsaħħaħ dan is-settur li jissarraf f’benefiċċji ekonomiċi, fil-ħolqien tax-xoghol u fi kwalita’ ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow