Left arrow Mur Lura

KARNIVAL TA’ MALTA 2013

pr0142
Date Icon 30/01/2013

L-attivitajiet tal-Karnival Nazzjonali se jiżvolġu bejn il-Ġimgħa 8 u t-Tlieta 12 ta’ Frar, 2013 fil-Belt Valletta u l-Furjana.  Għal darba oħra l-arena tal-Karnival se tkun armata fuq il-Fosos tal-Furjana.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Frar l-attivitajiet jiftħu bi programm sħiħ ta’ żfin kompetittiv fl-arena tal-Fosos tal-Furjana fejn isegwi d-dħul għall-ewwel darba fl-arena l-Karru tar-Re tal-Karnival u parata ta’ maskeruni u banda.  Qabel id-dħul tal-parata fl-arena, l-istess parata tkun offriet spettaklu kulurit tul Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta mis-sitta ta’ filgħaxija ’l quddiem.

Is-Sibt fid-9.30 ta’ filgħodu jingħata bidu għall-programm b’laqta partikolari għat-tfal. Matul dan il-programm se ssir modifikazzjoni taż-żifna tal-parata biex din tkun interattiva u għall-ewwel darba jipparteċipaw it-tfal preżenti.  

Mill-10.30 ta’ filgħodu ’l quddiem ikun hemm parata oħra fil-Belt Valletta bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ maskeruni iżolati, banda u grupp tat-tfal.

Fis-2.00 ta’ wara nofsinhar jingħata bidu għall-programm sħiħ ta’ żfin kompetittiv fl-arena segwit bid-dħul tal-karrijiet trijonfali fl-istess pjazza. Fis-sitta ta’ filgħaxija jingħata bidu għall-Karnival ta’ bil-lejl fejn se jkun hemm esebizzjoni tal-karrijiet kollha fi Triq San Ġwann u Triq ir-Repubblika kif ukoll parata bil-maskeruni iżolati u l-baned li jduru mat-toroq ewlenin tal-Belt Valletta.

Il-Ħadd f’nofsinnhar tibda parata bil-maskeruni u l-banda minn Pjazza San Ġorġ għall-arena tal-Fosos tal-Furjana fejn fis-1.30 ta’ wara nofsinhar jingħata bidu għall-ispettaklu kbir ta’ kuluri bil-parteċipazzjoni tal-karrijiet trijonfali, kumpaniji taż-żfin, maskeruni, baned u diversi attivitajiet oħra relatati mal-Karnival.  Wara l-arena, l-karrijiet jitilaw lejn il-Belt Valletta fejn għall-ħabta tas-2.30 ta’ wara nofsinhar tibda sfilata minn Misraħ Kastilja li tgħaddi minn Triq Merkanti, Triq San Ġwann għal Triq ir-Repubblika.

It-tim organizzattiv tal-Karnival iħeġġeġ lill-pubbliku biex b’mod partikolari s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd wara nofsinhar, waqt li tkun għaddejja lis-sfilata ma jużax il-pont ta’ Puturjal biex jidħol u joħroġ mill-Belt Valletta. 

It-Tnejn u t-Tlieta filgħodu se jsiru parati kbar karnivaleski mill-10.30 ta’ filgħodu ’l quddiem.  Dawn l-isfilati jibdew minn Pjazza San Ġorġ. It-Tnejn filgħodu huma mistennija li jieħdu sehem ukoll numru ta’ kumpaniji taż-żfin mill-Karnival ta’ Għawdex.  Wara l-isfilata għal ħabta tas-1 ta’ wara nofsinhar jkun hemm programm ta’ żfin mill-istess parteċipanti fi Pjazza San Ġorġ.

It-Tnejn fit-3 ta’ wara nofsinhar jingħata bidu għat-tielet u l-aħħar programm sħiħ ta’ żfin kompetittiv fl-arena tal-Karnival fuq il-Fosos tal-Furjana.  Wara ż-żfin se jkun hemm wirja fl-istess arena mill-karrijiet kollha tal-Karnival.  Din l-attività, maratona ta’ kuluri divertiment u spettaklu, hi inizjattiva li tħeġġeg lil dawk kollha li ma kellhomx l-opportunità li jsegwu l-attivitajiet fl-arena biex bi prezz sussidjat ta’ €10 jaraw b’mod komdu bil-qiegħda l-parteċipazzjoni sħiħa tal-karnival 2013 f’dak li jirrigwarda kumpaniji taż-żfin u karrijiet.

It-Tlieta filgħaxija l-Karnival jiġi fi tmiemu bl-esebizzjoni grandjuża li ssir fi Triq Sant’Anna li tibda fis-sitta ta’ filgħaxija.

Din is-sena se jkun hemm sound armat apposta tul Triq ir-Repubblika matul il-perjodu tal-Karnival fejn se tindaqq mużika relatata mal-Karnival kif ukoll jiġu mxandra avviżi relatati mal-Karnival.

It-Tim Organizzattiv jappella biex fil-jiem tal-Karnival speċjalment is-Sibt filgħaxija l-ispettaturi b’mod spontanju jilbsu kostumi karnivaleski u huma mħeġġa biex jieħdu sehem fl-allegrija karnivaleska li hi mħeġġa biex tirrenja matul dawn il-jiem.  Għal dawk li jixtiequ jixtru biljetti tas-seats tal-arena tal-Karnival huma mitluba li jidħlu fis-sit elettroniku www.ticketline.com.mt. Aktar tagħrif dwar il-Karnival ta’ Malta jinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.maltaculture.com  jew minn fuq il- paġna tal-Facebook Carnival - National Event in Valletta, Floriana Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow