PREZZ TAL-UNITÀ
Bħalissa l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għaddejja b’kampanja ta’ informazzjoni dwar il-prezz tal-unita’ ta’ kejl kif stabbilit permezz tal-Avviżi tal-Gvern Nri. 46 u 47 li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ Jannar 2013. Permezz ta’ dawn l-Avviżi il-ħwienet bl-imnut b’daqs ta’ inqas minn 200 metru kwadru u oġġetti b’kontenut ta’ inqas minn 50 gramma jew 50 millilitru qegħdin jiġu eżentati milli juru l-prezz tal-unità u juru biss il-prezz tal-oġġett. L-Uffiċjali ta’ din l-Awtorità qegħdin iduru l-ħwienet bl-imnut biex jinfurmaw lis-sidien dwar dawn l-Avviżi li sejrin jidhlu fis-seħħ mill- 1 ta’ Marzu. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lill-Awtorita’ fuq in-numru 23952000 jew permezz ta’ email info@mccaa.org.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en