STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr0131
28/01/2013
Il-qatla skedata fil-biċċerija għal-lum, posposta għal għada
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jgħarraf li llum ma ġiex ipproċessat laħam fil-Biċċerija tal-Marsa wara li rriżulta li s-sistema tal-isterilizazzjoni ma laħqitx it-temperaturi ta’ sħana li normalment tilħaq. Għaldaqstant id-diriġenti tal-biċċerija iddeċidew li jipposponu l-qatla skedata għal-lum sakemm is-sistema ta’ steralizzazzjoni tilħaq it-temperatura massima skont ir-regoli tal-iġjene.
Għaldaqstant illum ma kien ipproċessat l-ebda laħam u l-proċess għandu jsir għada filgħodu
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en