STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL- KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L-KONSUMATUR
Media laburista tkompli tqarraq bil-politika maħmuġa tagħha
F’Gunju li għadda l-Assoċjazzjoni tad-Diabete ingħatat post ta’ eċċellenza minn fejn topera
Jidher ċar li wara rapporti oħra li kompliet toħroġ il-media laburista bl-iskop li tipprova tħammeg l-integrita tal-Ministru Jason Azzopardi, l-istess media laburista qed tipprova tgħawweġ l-fatti b’mod kif jaqbel lilha bl-iskop li tgiddeb l-fatti reali x’inhuma.
Il-media laburista fir-rapport tagħha f’ġurnal lokali ppruvat taħbi 2 fatturi importanti:
| 1) | Fl-ebda ħin ma rrapurtat li l-encroachment permit li ingħata lis-Sur Ernest Tonna kien biss għal perjodu ta’ 3 xhur |
| 2) | L-assoċjazzjoni tad-dijabete mhux talli ma ingħatalix l-istess post in kwistjoni għaliex ma kienx adattat għall-eziċenzji ta’ din l-assoċjazzjoni, primarjament għax l-post huwa umduż, izda talli l-Gvern f’Gunju li għadda b’rizoluzzjoni parlamentari għadda propjeta flimkien ma store li jinsab f’ 75, Triq Melita, il-Belt Valletta sabiex dawn juzawh bħala uffiċju amminsitrattiv. Il-post ingħata b’kera għal 15-il sena bi ħlas ta’ 200 ewro fis-sena. |
Hija tal-mistħija li l-media laburista tigdeb b’mod sfaċċat u tqarraq u tipprova tuża assoċjazzjoni li tant qed tagħmel gid fil-kommunita maltija, għal skopijiet politiċi.
Fl-aħħar 5 snin il-Gvern kellu record ta’ 212-il propjeta li għadda lil diversi għaqdiet u assoċjazzjonijet li l-iskop tagħhom huma li jagħmlu l-ġid fis-soċjeta maltija kif uloll għadda 25 devoluzzjoni lil diversi Kunsilli Lokali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en