Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN

PR0122
Date Icon 26/01/2013

Aktar żbalji mill-Opposizzjoni

Jidher ċar mill-istqarrija tal-kelliem laburista Michael Falzon li assolutament ma jafx x’qed jiġri għar-rigward tal-proċessi ta' selezzjoni li ilhom għaddejin għal diversi xhur biex jimtlew postijiet vakanti fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.

M'huwa minnu xejn li l-proċess tal-għażla li twaqqaf il-ġimgħa l-oħra b'inizjattiva tal-Bord stess, tkompla, jew ser jitkompla, bl-istess nies li kienu jagħmlu parti mill-Bord oriġinali.  Wara li dan il-bord irreżejna u bagħat rapport lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, l-istess Kummissjoni, li hija responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess kollu, tat direzzjoni li jitwaqqaf Bord ġdid u wara li dan jiġi approvat mill-Kumissjoni stess, isir il-proċess mill-bidu.

Minn-naħa l-oħra, proċessi oħra, fosthom dak għal-ħatra ta' Assistant Manager, li rrefera għalih il-Kelliem tal-Opposizzjoni, li qed ikunu immexxija minn Bordijiet differenti, dejjem taħt il-kappa tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, għadhom naturalment għaddejin bil-ħidma tagħhom biex jikkonkludu dawn il-proċessi fl-interess tal-appllikanti u tad-Dipartiment li jeħtieglu jimla l-positijet vakanti li għandu, u li l-Opposizzjoni ilha tinsisti li għandhom jimtlew.  Jekk isir kif qed tissuġġerixxi l-Opposizzjoni, dawn il-kandidati jkunu żvantaġġjati għaliex proċess li nbeda jieqaf ħesrem u ma jasalx fit-tmiem naturali tiegħu.

Jkun xieraq għalhekk li l-Onorevoli Falzon jinforma ruħu sew qabel jagħmel stqarrijiet bħal dawn li jistgħu jiġi interpretati biss bħala intizi biex jiżirghu dubji u inċertezzi f'moħħ applikanti li żgur jixirqilhom aħjar minn hekk.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow