STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-KOMPETIZZJONI GUSTA, NEGOZJI ZGHAR U L-KONSUMATUR
B'referenza ghar-rapporti li hargu fl-ahhar sieghat fil-media Laburista fejn qed jinghad lis-Sur Ernest Tonna inghata garaxx fil-Belt Valletta b'intervent dirett tal-Ministru Jason Azzopardi, qed jigi pprecizat dan li gej:
a) il-ligi tippermetti lid-Dipartiment tal-Artijiet jaghti b'encroachment proprjeta, li jfisser titolu prekarju u ghalhekk titolu li jintemm appena jigi rtirat il-permess mill-istess Dipartiment. Mela l-ghoti ta' encroachment fil-kaz imsemmi kien permess mill-ligi;
b) hija prassi kostanti u legali tad-Dipartiment tal-Artijiet li jaghti proprjeta battala b'encroachment indefinit. Izda f'dan il-kaz, l-encroachment li nghata kien ghal zmien definit ta' 3 xhur biss, u cjoe minn Marzu sa Gunju 2012, u fil-fatt gew ritornati c-cwievet f'gheluq dan it-terminu. Dan il-fatt importanti ma ssemma imkien mill-media Laburista li xandret din is-suppost ahbar. Dan juri il-mala fede sija ta' min ghadda l-informazzjoni u ta' min ippublikaha;
c) It-Tender Committee, fi hdan id-Dipartiment tal-Artijiet, ftit taz-zmien ilu iddiskuta li dan il-garaxx johrog b'sejha ghall-offerti u fil-fatt hu mistenni lis-sejha tohrog fil-futur qarib hafna;
d) Il-Ministru jichad b'mod kategoriku lid-decizjoni li ttiehdet f'dan il-kaz kienet influwenzata mill-isem tal-persuna li ghamlet it-talba. Intuzat l-istess procedura u attitudni kif intuzat u tintuza ma' diversi persuni jew ghaqdiet b'talbiet simili, indipendentement mill-fehmiet taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en