STQARRJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Dott. Muscat jaqbad proġetti li qed jagħmel il-Gvern Nazzjonalista u jagħmilhom tiegħu.
Waqt li kien f’Birżebbuġa llum Dott. Muscat għażel li jwiegħed dak li diġà qed jagħmel il-Gvern Nazzjonalista għal ġid tar-residenti ta’ Birżebbuġa.
Fir-rigward tal-pitch tal-Waterpolo, wara li l-Club kiseb il-permessi neċessarji mill-MEPA, l-Gvern ħareġ it-tender f’April 2012. Wara li f’Awwissu 2012 inħareġ ir-riżultat, kien hemm żewġ appelli fuq xulxin fuq dan il-każ li wasslu biex fit-30 ta’ Jannar 2013 se tisejjaħ laqgħa oħra tal-Public Contract Review Board biex tittieħed deċiżjoni dwar min se jingħata x-xogħol biex iwettaq dan il-proġett. Il-Gvern diġà kkommetta maż-żewġ miljun Ewro biex jitwettaq dan il-proġett.
Fir-rigward tal-ground tal-football il-Gvern diġà kkommetta mal-€1.3 miljun mifruxin fuq 3 snin biex sal-2016 jitwettaq il-proġett tal-ground tal-football f’Birżebuġa. Dan wara li fit-8 ta’ Novembru 2012 inħarġu l-permessi neċessarji mil-MEPA, lieam proċess kien beda f’Jannar 2012. It-tender se jkun qed jinħareġ mid-Dipartiment għall-Kuntratti fil-ġranet li ġejjin.
Il-Gvern qed jaħdem fuq dawn il-proġetti biex ġaladarba il-proċessi neċessarji jitlestew, isiru mill-aktar fis possibbli. Muscat għal darb’oħra ngħeleb mill-opportuniżmu politiku u wiegħed dak li Gvern Nazzjonalista qed iwettaq bil-fatti. Muscat għandu jgħid jekk hu jimxix mal-proċeduri trasparenti u stabbiliti fl-għoti tal-kuntratti qabel ma jinbeda l-proġett.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en