STQARRIJA TAL-GVERN
Wara li saret riċerka, qed jiġu koreġuti skorretezzi fir-rapport dwar l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni imxandra fil-Malta Today tal-bieraħ.
Ma jirriżultax li fl-2003 il-Kummissjoni investigat allegazzjonijiet kontra s-Sur Frank Sammut.
Jirriżulta li fl-1993 saret allegazzjoni anonima fil-konfront tas-Sur Sammut b’rabta max-xiri taż-żejt. Din ġiet investigata mill-Kummissjoni presjeduta mill-ex Imħallef Victor Borġ Costanzi (u mhux l-Imħallef Victor Caruana Colombo kif indikat fir-rapport imxandar). L-investigazzjoni kkonkludiet li ma "ssib ebda ħjiel li jipprova li dak li jingħad f'din l-ittra ġara fil-fatt".
Ir-rapport tal-Kummissjoni (Rapport 54) huwa pubbliku u kien preżentat fil-Parlament mill-Ministru Joe Fenech, bħala Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, fit-18 ta’ Jannar 1994.
Fl-1999 saru żewġ rapporti (Rapporti 125 u 126) in konnessjoni ma' tender b’konnessjoni mal-MOBC. Dawn ġew investigati mill-Kummissjoni presjeduta mill-ex Imħallef Albert Manche. Fiż-żewġ każi kien konkluż li l-allegazzjoni kienet infondata. Dawn iż-żewġ rapporti wkoll ġew pubblikati fil-Parlament mill-Ministru Austin Gatt, bħala Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, fis-27 ta’ Lulju 1999.
Dawn ir-rapporti qed jerġgħu ikunu pubblikati ma’ din l-istqarrija.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en
Rapport 54.pdf