AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET ĠENERALI U TAL-KUNSILLI LOKALI 2013
Tqassim ta’ dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta’ Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat, jiġifieri dak tat-12 ta’ Jannar, 2013, suġġett għal żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Revizur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni minn nhar il-Ħamis, 24 ta’ Jannar, 2013. It-tqassim ser isir bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m., u d-9.00 p.m., fil-jiem kollha tal-ġimgħa (inkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud) sa nhar il-Ħadd, is-17 ta’ Frar, 2013.
Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt it-18-il sena biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni. Il-ligi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti. Dawn se jkunu provduti b’Biljett ta’ Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.
Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinzamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en