STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr0086
21/01/2013
B’referenza għall-istejjer rappurtati fil-ġurnali dwar is-Sur Frank Sammut, għandu jkun iċċarat li l-persuna msemmija, intemmilha l-kuntratt tagħha mal-Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd (MOBC) f’Lulju tal-2004. Huwa kien ġie appuntat Managing Director tal-MOBC fl-1997.
Is-Sur Sammut qatt ma kien impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta. Huwa kien membru tal-Bord tal-Korporazzjoni sal-1990 u konsulent sal-1994.
Il-Korporazzjoni Enemalta u l-MOBC qed jikkollaboraw mal-Pulizija fl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en