STQARRIJA TAL-GVERN B’RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA TA’ DR MICHAEL FALZON
L-interruzzjoni ta’ proċess ta’ reklutaġġ, ta’ Uffiċjal Korrettiv Anzjan u Supervisor Korrettiv, li seta’ ġie vvizzjat turi s-serjeta li biha kien qed jitmexxa dan il-proċess. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord tal-Għazla malli nduna li żewġ uffiċjali tal-Ħabs li mhumiex membri tal-Bord tal-Għażla setgħu raw xi marki marbuta ma numru ta’ intervisti li kienu saru mill-Bord. Il-Bord immedjatament ħassar il-bqija tal-intervisti, bagħat rapport dwar l-inċident lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku flimkien mar-riżejna tiegħu.
Il-Bord kien kompost kif ġej:
Chairperson Is-Sur Mario Caruana, Direttur Ġenerali, Ministeru tal-Intern
Membri Is-Sur Natalino Attard, Direttur, Dipartiment tal-Probation u Parole
Sra Joanne Battistino, Manager (Operations), CCF
Sra Joyce Damato, Manager Policy Development, Ministeru tal-Intern
Qed jiġi kkunsidrat jekk dan l-inċident jitlobx azzjoni dixxiplinarja.
Hija ħasra li l-Partit Laburista jipprova jippolitiċiżża deċiżjoni ta’ Bord tal-Għażla li mexa bl’aktar mod għaqli u korrett f’ċirkostanzi li żgur il-Bord ma kellux kontrol fuqhom. Hija assolutament ħrafa s-suġġeriment tal-Partit Laburista li qatt kien hemm xi indikazzjoni fuq xi karti ta’ min għandu jingħata xi promozzjoni marbuta ma’ dan il-process.
Il-Gvern jikkonferma li għandu fiduċja sħiha fil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li hija responsabbli mill-proċess tal-għażla kif ukoll fl-erba’ membri tal-Bord tal-Għażla li ħadu d-deċiżjoni li ħadu u li għamlu dan b’mod transparenti. Huwa l-Partit Laburista li jrid jirrispondi għall-indħil li jipprova jagħmel b’mod kontinwu fl-amministrazzjoni tal-ħabs.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en