Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN B’RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA TA’ DR MICHAEL FALZON

pr0079
Date Icon 18/01/2013

L-interruzzjoni ta’ proċess ta’ reklutaġġ, ta’  Uffiċjal Korrettiv Anzjan u Supervisor Korrettiv, li seta’ ġie vvizzjat turi s-serjeta li biha kien qed jitmexxa dan il-proċess.  Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord tal-Għazla malli nduna li żewġ uffiċjali tal-Ħabs li mhumiex membri tal-Bord tal-Għażla setgħu raw xi marki marbuta ma numru ta’ intervisti li kienu saru mill-Bord.  Il-Bord immedjatament ħassar il-bqija tal-intervisti, bagħat rapport dwar l-inċident lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku flimkien mar-riżejna tiegħu.

Il-Bord kien kompost kif ġej:

Chairperson    Is-Sur Mario Caruana, Direttur Ġenerali, Ministeru tal-Intern

Membri           Is-Sur Natalino Attard, Direttur, Dipartiment tal-Probation u Parole

                       Sra Joanne Battistino, Manager (Operations), CCF

                   Sra Joyce Damato, Manager Policy Development, Ministeru tal-Intern

Qed jiġi kkunsidrat jekk dan l-inċident jitlobx azzjoni dixxiplinarja.

Hija ħasra li l-Partit Laburista jipprova jippolitiċiżża deċiżjoni ta’ Bord tal-Għażla li mexa bl’aktar mod għaqli u korrett f’ċirkostanzi li żgur il-Bord ma kellux kontrol fuqhom.  Hija assolutament ħrafa s-suġġeriment tal-Partit Laburista li qatt kien hemm xi indikazzjoni fuq xi karti ta’ min għandu jingħata xi promozzjoni marbuta ma’ dan il-process.

Il-Gvern jikkonferma li għandu fiduċja sħiha fil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li hija responsabbli mill-proċess tal-għażla kif ukoll fl-erba’ membri tal-Bord tal-Għażla li ħadu d-deċiżjoni li ħadu u li għamlu dan b’mod transparenti.  Huwa l-Partit Laburista li jrid jirrispondi għall-indħil li jipprova jagħmel b’mod kontinwu fl-amministrazzjoni tal-ħabs.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow