STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Gidba oħra dwar l-operat tal-inċineratur mil-Onor. Leo Brincat.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jiċħad il-gidba tal-Onor. Brincat li se jitwaqqaf l-inċineratur għal xahar tul il-kampanja elettorali.
Il-Ministeru jtenni li l-mod kif ikun qed jopera l-inċineratur huwa pubbliku u wieħed jista’ jaqra r-readings mis-sit tal-Wasteserv. B’hekk żgur ħadd qatt ma jista jaħbi meta l-inċineratur ikun wieqaf għal manutenzjoni. Li l-inċineratur issirlu manutenzjoni fuq bażi regolari huwa fatt magħruf u huwa neċessarju li dan isir sabiex l-impjant jibqa’ jopera skont il-kriterji stabbiliti u ma jikkawżax tniġġis.
L-aħħar manutenzjoni li saret fuq l-impjant kienet lejn l-aħħar tas-sena 2012. Għalhekk l-informazzjoni li għandu l-Onor. Brincat li l-impjant se jitwaqqaf għal xahar hija kompletament żbaljata.
Hu tal-mistħija l-fatt li l-Onor. Brincat li suppost huwa x-Shadow Minister fuq dan is-suġġett ma jafx li l-Wasteserv kisbet iċ-ċertifikat tal-ISO li jingħata mill-MCCAA (Malta Competition and Conusmer Affairs Authority) u li hu ċertifikat ta’ environment management system.
Għal darb’oħra l-Onor. Brincat żbalja u wera li ma jafx l-affarijiet kif inhuma kif wera wkoll fuq stazzjon tat-televizjoni l-ġimgħa li għaddiet, minkejja li hu suppost qed isegwi l-ħidma ta’ dan il-Ministeru, għalhekk l-Onor. Brincat ma jistax jittieħed bis-serjetà.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en