ŻJARA KULTURALI FIN-NAĦA TA’ FUQ TA’ MALTA
It-tielet żjara minn sensiela ta’ Żjarat Kulturali organizzati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ser tkun fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2013. Din iż-żjara ser teħodna fix-Xemxija fejn fost oħrajn ser inżuru il-fdalijiet Rumani, l-Imġiebaħ, il-kalati kif ukoll oqbra Puniċi u pre-istoriċi. Il-parteċipanti ser ikollhom ukoll l-opportunità li flimkien ma’ gwidi professjonali jżuru it-torri ta’ Wignacourt fejn barra spjega dettaljata dwar l-istess torri u dak li kien iservi għalih, ser ikun hemm ukoll rappreżentazzjoni animata b’tagħrif dwar l-uniformijiet u l-armamenti li kienu jintużaw fi żmien il-kavallieri.
Dawn iż-żjarat kulturali li jsiru kull xahar huma organizzati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u issa saru parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet li bosta jkunu qed jistennew kull sena biex ikabbru t-tagħrif tagħhom dwar il-patrimonju u dak kollu li hu Malti.
It-tluq għal din iż-żjara ikun minn ħdejn lukanda ewlenija fil-Furjana fid-8.45 ta’ filgħodu u l-prezz tal-biljetti hu €12 għall-kbar u €10 għal anzjani u tfal.
Il-booking jagħlaq f’nofsinhar ta’ nhar l-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2013 jew qabel jekk jilħqu jimtlew il-postijiet kollha. L-uffiċċju tal-booking f’230 Triq ir-Repubblika il-Belt (ftit ’l isfel minn Pjazza San Ġorġ) ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u t-3.30pm. Aktar informazzoni tista’ tingħata permezz tat-telefon billi wieħed iċempel fuq 21232515 jew 21245168, jew inkella billi tibagħat e-mail fuq noel.damato@maltaculture.com jew billi wieħed iżur is-sit elettroniku www.maltaculture.com.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en