AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli Lokali 2013 – Votazzjoni għal dawk li ser ikunu msifrin f’jum il-votazzjoni – 9 ta’ Marzu, 2013
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li ser ikunu msiefra f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, id-9 ta’ Marzu, 2013, illi huma jkunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem il-Kummissjonarji Elettorali sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, it-2 ta’ Marzu, 2013. Din id-dikjarazzjoni bil-ġurament għandha ssir fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, Valletta, jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, minn nhar it-Tnejn, 21 ta’ Jannar, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, l-1 ta’ Marzu, 2013, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:
Mit-Tnejn sal-Ġimgha: mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m.
Sibtijiet: mit-8.00 a.m. sal-10.30 a.m.
Wara d-9 ta’ Frar, 2013, jitħabbru ġranet u ħinijiet itwal.
Importanti li l-persuna tieħu l-karta tal-identita’ tagħha meta tmur tagħmel id-dikjarazzjoni bil-ġurament u li, fid-data tal-votazzjoni antiċipata (02/03/2013) tkun fil-pussess tad-dokument tal-votazzjoni tagħha, għax mingħajru, ħadd ma jitħalla jivvota.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en