Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK

pr0066
Date Icon 16/01/2013

L-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kienet bdiet bħala proġett pilota f’Diċembru 2007.  Minħabba l-popolarita’ immedjata li kisbet din is-sistema innovattiva, kien inħass il-bżonn l-estenzjoni tal-Iskema tiġi sospiża u evalwata.  Bejn l-2008 – 2010 gie implementat il-pjan ta’ restructuring bil-għan li l-Iskema tal-POYC tkun tista’ tkompli tinfirex ma’ Malta u Għawdex kollu fi żmien sentejn.  Dan il-għan, fil-fatt intlaħaq għax f’Diċembru 2012 ġiet imħabbra l-aħħar estenzjoni tal-Iskema tal-POYC għal-11 il-lokalita’ li kienu għadhom qed jinqedew mic-Ċentri tas-Saħħa.

Sal-lum hemm 87,877 pazjent li qed jibbenifika mill-Iskema tal-POYC minn 160 spizerija fil-komunita’.  Huwa maħsub li fil-ġimgħat li ġejjin dawn ic-cifri ser jizdiedu konsiderevolment bl-inkluzzjoni tal-pazjenti u l-ispiżeriji tal-lokalitajiet il-ġodda.  Fil-fatt huwa mistenni lin-numru ta’ pazjenti jilħaq ‘l fuq minn-120,000 u n-numru ta’ spiżeriji jitla’ għal 204.

Ta’ min jgħid ukoll li mill-2007 – sal lum il-POYC qassmet b’kemm jiswew ‘l fuq minn 44 miljun Euro f’mediċini fl-ispizeriji fil-komunita sabiex il-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz fil-kumdita’ tal-lokal tagħhom, u jgawdu ukoll minn servizz professjonali personalizzat.  Sal-lum dan is-servizz li qed jingħata mill-ispizeriji privati fil-konumita’ sewa’ lil-Gvern ‘l fuq minn 5.6 miljun Euro.  

Ta’ min isemmi ukoll li fis-sentejn li għaddew id-Dipartiment tal-POYC rċieva nurmu ta’ unuri lokali u internazzjonali għat-tmexxija esekuttiva u amministrattiva tiegħu li jinkludu fost oħrajn iċ-Certifikat tal-ISO 9001:2008.  Dan iċ-Certifikat huwa wieħed mill-għola standards internazzjonali mogħti għall-prattika, għas-sistemi u għall-metidologiji mħaddna u pprattikati minn dan id-Dipartiment, u għall-impenn tiegħu lejn żvilupp kontinwu u sostenibili’.  L-amministrazzjoni tad-Dipartiment tal-POYC u s-sistemi tiegħu ġew ukoll imfaħħra u deskritti bħala ‘mill-aktar professjonali’ fir-Rapport tal-Awditur Ġenerali f’Mejju tal-2012. 

Ta’ min jaċċerta li d-Dipartiment tal-POYC jgħamel minn kollox biex iwassal l-istokk  tal-mediċini provdut lilu fl-ispiżeriji tal-komunita’, u għandu sistema ta’ redistribuzzjoni biex jiġi sgurat li qed isir l-aħjar użu possibili mill-istokk tal-Gvern, titrażżan il-ħela’ u l-pazjent jinqeda fil-ħin.  Ta’ min jgħid ukoll li d-deċizjoni biex isir tqassim għall-xahrejn hija policy meħuda biex flus il-poplu jintużaw bl-akbar mod għaqli biex b’hekk il-pazjent jkun jista jibbenifka bl-aħjar mod possibbli minn dan is-servizz ta’ mediħini b’xejn.  Dan għaliex, permezz ta’ din id-deħissjoni qed tiġi ssalvagwardjata dik il-mediħina li kienet tintrema kull darba l-pazjent tinbidillhu l-medicina mit-tabib.  Permezz ta’ din id-decizjoni qedghin nevitaw ukoll li l-pazjent jaħzen il-mediħini d-dar, liema fattur jista’ jwassal ukoll għal sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ mediċina għall-pazjenti ohra.  Fil-kaz ta’ pazjenti b’mard akut, huwa ikkonsiderat aktar ta’ benefiċċju ghal pazjent li għalissa s-servizz jibqa wieħed iċ-ċentralizzat speċjalment fejn pazjent ikun jinħtieġ attenzjoni immedjata tat-tabib.

Għaldaqstant, filwaqt li l-POYC ser jkompli bl-impenn tiegħu biex jtejjeb l-operat tiegħu sabiex tiġi zgurata l-kontabilita’, ekwita’ u s-sostanibilita’ dejjiema ta’ dan is-servizz għal benefiċċju tal-pazjenti li jagħmlu użu mill-Iskema tal-POYC; il-Gvern huwa kommes li jkompli jixpruna lid-Dipartment tal-POYC biex jkun jista jkompli jilħaq il-miri ta’ dan il-proġett innovattiv u uniku, tista’ tgħid fid-dinja. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow