STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK
L-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kienet bdiet bħala proġett pilota f’Diċembru 2007. Minħabba l-popolarita’ immedjata li kisbet din is-sistema innovattiva, kien inħass il-bżonn l-estenzjoni tal-Iskema tiġi sospiża u evalwata. Bejn l-2008 – 2010 gie implementat il-pjan ta’ restructuring bil-għan li l-Iskema tal-POYC tkun tista’ tkompli tinfirex ma’ Malta u Għawdex kollu fi żmien sentejn. Dan il-għan, fil-fatt intlaħaq għax f’Diċembru 2012 ġiet imħabbra l-aħħar estenzjoni tal-Iskema tal-POYC għal-11 il-lokalita’ li kienu għadhom qed jinqedew mic-Ċentri tas-Saħħa.
Sal-lum hemm 87,877 pazjent li qed jibbenifika mill-Iskema tal-POYC minn 160 spizerija fil-komunita’. Huwa maħsub li fil-ġimgħat li ġejjin dawn ic-cifri ser jizdiedu konsiderevolment bl-inkluzzjoni tal-pazjenti u l-ispiżeriji tal-lokalitajiet il-ġodda. Fil-fatt huwa mistenni lin-numru ta’ pazjenti jilħaq ‘l fuq minn-120,000 u n-numru ta’ spiżeriji jitla’ għal 204.
Ta’ min jgħid ukoll li mill-2007 – sal lum il-POYC qassmet b’kemm jiswew ‘l fuq minn 44 miljun Euro f’mediċini fl-ispizeriji fil-komunita sabiex il-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz fil-kumdita’ tal-lokal tagħhom, u jgawdu ukoll minn servizz professjonali personalizzat. Sal-lum dan is-servizz li qed jingħata mill-ispizeriji privati fil-konumita’ sewa’ lil-Gvern ‘l fuq minn 5.6 miljun Euro.
Ta’ min isemmi ukoll li fis-sentejn li għaddew id-Dipartiment tal-POYC rċieva nurmu ta’ unuri lokali u internazzjonali għat-tmexxija esekuttiva u amministrattiva tiegħu li jinkludu fost oħrajn iċ-Certifikat tal-ISO 9001:2008. Dan iċ-Certifikat huwa wieħed mill-għola standards internazzjonali mogħti għall-prattika, għas-sistemi u għall-metidologiji mħaddna u pprattikati minn dan id-Dipartiment, u għall-impenn tiegħu lejn żvilupp kontinwu u sostenibili’. L-amministrazzjoni tad-Dipartiment tal-POYC u s-sistemi tiegħu ġew ukoll imfaħħra u deskritti bħala ‘mill-aktar professjonali’ fir-Rapport tal-Awditur Ġenerali f’Mejju tal-2012.
Ta’ min jaċċerta li d-Dipartiment tal-POYC jgħamel minn kollox biex iwassal l-istokk tal-mediċini provdut lilu fl-ispiżeriji tal-komunita’, u għandu sistema ta’ redistribuzzjoni biex jiġi sgurat li qed isir l-aħjar użu possibili mill-istokk tal-Gvern, titrażżan il-ħela’ u l-pazjent jinqeda fil-ħin. Ta’ min jgħid ukoll li d-deċizjoni biex isir tqassim għall-xahrejn hija policy meħuda biex flus il-poplu jintużaw bl-akbar mod għaqli biex b’hekk il-pazjent jkun jista jibbenifka bl-aħjar mod possibbli minn dan is-servizz ta’ mediħini b’xejn. Dan għaliex, permezz ta’ din id-deħissjoni qed tiġi ssalvagwardjata dik il-mediħina li kienet tintrema kull darba l-pazjent tinbidillhu l-medicina mit-tabib. Permezz ta’ din id-decizjoni qedghin nevitaw ukoll li l-pazjent jaħzen il-mediħini d-dar, liema fattur jista’ jwassal ukoll għal sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ mediċina għall-pazjenti ohra. Fil-kaz ta’ pazjenti b’mard akut, huwa ikkonsiderat aktar ta’ benefiċċju ghal pazjent li għalissa s-servizz jibqa wieħed iċ-ċentralizzat speċjalment fejn pazjent ikun jinħtieġ attenzjoni immedjata tat-tabib.
Għaldaqstant, filwaqt li l-POYC ser jkompli bl-impenn tiegħu biex jtejjeb l-operat tiegħu sabiex tiġi zgurata l-kontabilita’, ekwita’ u s-sostanibilita’ dejjiema ta’ dan is-servizz għal benefiċċju tal-pazjenti li jagħmlu użu mill-Iskema tal-POYC; il-Gvern huwa kommes li jkompli jixpruna lid-Dipartment tal-POYC biex jkun jista jkompli jilħaq il-miri ta’ dan il-proġett innovattiv u uniku, tista’ tgħid fid-dinja.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en