Left arrow Mur Lura

MALTA GĦANDHA T-TIENI L-ANQAS RATI TA’ INĊIDENZA TA’ KANĊER FL-EWROPA

pr0065
Date Icon 16/01/2013

F’konferenza stampa li saret fiċ-ċentru tal-Breast Screening illum, il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita` Dott. Joseph Cassar, saħaq li f’din il-leġislatura, il-Gvern ħadem bis-sħiħ fuq il-ġlieda kontra l-kanċer. Huwa preżenta l-istatistika li f’Malta għandna t-tieni l-anqas rati ta’ inċidenza ta’ kanċer fl-Ewropa. Cassar spjega li dan ukoll grazzi għall-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer b’għanijiet prinċipali li titnaqqas l-inċidenza, jittawwal l-għajxien wara d-dijanjosi u tkun żgurata l-aqwa  kwalita` ta’ ħajja possibli għall-pazjent. Il-Ministru Cassar rrefera għad-diversi inizjattivi u servizzi li ġew introdotti u mġedda f’dawn l-aħħar snin, relatati mal-marda tal-kanċer.

B’referenza għas-servizzi ta’ screening, Dott. Nadine Delicata,  ppreżentat statistika li hija xhieda tax-xogħol li sar f’dan is-settur . Hija spjegat li 161 mara ġiet identifikati li għandha l-kanċer fis-sider, fi tlett snin li ilu għaddej l-programm ta’ screening tas-sider li għalih attendew 70% tan-nisa li ġew mistiedna.  Dott. Delicata uriet li s-servizz ta’ screening tal-musrana beda juri riżultati nkurraġġanti ħafna, għaliex 32% ta’ dawk li ġew mistiedna aċċettaw is-servizz tal-iscreening. Hi spjegat li dan huwa pesentaġġ tajjeb ħafna, għax f’xi pajjiżi fejn dan is-servizz ilu li ġie mwaqqaf, il-pesetaġġ ta’ nies li jaċċettaw din l-istedina hija fil-medja ta’ 30%. Din l-istatistika hija ċertifikat tal-kwalita` tas-servizzi tal-iscreening li l-gvern qed jinvesti f’pajjiżna.   

Dr Neville Calleja, Direttur tal-Informazzjoni u r-Riċerka dwar is–Saħħa, rrefera għall-fatt li Malta għandha t-tieni l-anqas rati ta inċidenza ta’ kanċer fl-Ewropa, kif ukoll  t-tieni l-inqas rata ta’ inċidenza ta’ kanċer tal-pulmun fl-Ewropa. Dott Callejja spjega li għalkemm f’Malta hawn prevelenza għolja ta ażżma, ma teżisti l-ebda evidenza li tassoċja, b’mod dirett, din il-prevalenza tal-ażżma mal-power stations f’pajjiżna. Dott Calleja wera li fix-xlokk ta’ Malta l- prevalenza tal-ażżma hija fil-fatt inqas ( Rġiel 5.7%, Nisa 7%) mill-prevalenza fir-reġjuni l-oħra ta’ Malta u Għawdex (Medja: Rġiel 6.8%, Nisa 8.1%).

Dr Martin Balzan, konsulent mediku fil-mard respiratorju, spejga li r-riżultati ta’ studji ta’ ricerka li saru minn esperti f’Malta, u studju ewlieni, Respira, li għadu għaddej, jindikaw li l-livell ta’ traffiku f’diversi lokalitajiet f’pajjiżna huwa relatat mal-inċidenza u prevalenza ta’ mard respiratorju.

B’referenza għar-relazzjoni bejn it-traffiku u il-mard respiratorju, Dr Nicholas Refalo, Konsulent Speċjalist fl-onkoloġija, saħaq li l-Gvern għandu jkompli jiffoka fuq it-triq li qabad, u jibqa sejjer bl-inizzjattivi kontra it-titjip u t-tniġġis mit-traffiku. Dr Refalo spejga li huma  fuq dawn iż-żewġ fatturi, it-titjip u t-traffiku, li hemm evidenza ċara li turi relazzjoni mal-mard, u mhux power stations tan-natura li llum għandu pajjiżna, u huwa għalhekk li l-politiċi u l-Gvern għandhom jkomplu fuq ix-xogħol biex jitnaqqas it-tipjip u t-traffiku.

Dr Charmaine Gauci, Direttur tal-Edukazzjoni u Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, spjegat il-mhedda ta’ inizzjattivi u miżuri li l-Gvern ħa f’dawn l-aħħar snin kontra t-titjip. Hija semmiet fost l-oħrajn is-smoking cessation class li għalihom irrikorrew 579 pazjent, u l-liġislazzjonijiet ġodda li ġew ppubblikatai li jipprojbixxu t-titpjij f’postijiet pubbliċi, inkluż ġo playgrounds tat-tfal.

Il-Ministru Cassar ikkonkluda li ma tistax tatribwixxi każ jew fattur wieħed għal kwalunkwe tip ta’ marda, u l-mira tal-Gvern għandha tibqa’ fuq il-prevenzjoni u kura paljattiva f’kwalunkwe stadju tal-marda. Enfasizza l-bżonn sabiex kulħadd jittratta dan is-suġġet bis-sensitivita` mistħoqqa u b’rispett sħiħ lejn il-pazjenti li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet kbar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow