Left arrow Go Back

RIFORMA KONTINWA BIEX NIPPROVDU EDUKAZZJONI TA’ KWALITÀ LI TAGĦTI ĦILIET BAŻIĊI BIEX ULIEDNA JIRNEXXU LKOLL

pr0064
Date Icon 16/01/2013

• Politika Nazzjonali għall-kisba ta’ Kompetenzi Bażiċi fl-Edukazzjoni Primarja, fil-litteriżmu (Malti u Ingliż), litteriżmu diġitali u ħiliet fil-matematika
• Aktar minn 100 professjonist speċjalizzat fuq il-litteriżmu fis-sistema edukattiva biex Malta ġiet imsemmija bħala best practice fl-Unjoni Ewropea 
• Il-ħiliet bażiċi (core competences) saru parti mill-kurrikulu fl-edukazzjoni primarja
• 10,000 familja jibbenefikaw minn programmi oħra wara l-hin tal-iskola li jikkumplimentaw l-edukazzjoni obbligatorja
• 110 miljun ewro aktar fin-nefa tal-edukazzjoni mill-2008 sal-lum

Ir-riformi edukattivi li tnedew fl-aħħar snin kienu iffukati fuq edukazzjoni ta’ kwalità biex uliedna jirnexxu lkoll billi jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-Politika Nazzjonali għall-Kisba ta’ Kompetenzi Bażiċi fl-Edukazzjoni Primarja qed isservi biex ikunu żviluppati strateġiji aktar effettivi fil-litteriżmuu sa mis-snin bikrin. Din il-politika tħares lejn il-bżonn, li sa minn eta’ żgħira t-tfal jiksbu l-kompetenzi fil-ħiliet bażiċi li huma litteriżmu (Malti u Ingliż), litteriżmu diġitali u ħiliet fil-matematika.

Dan qalu l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport meta dalgħodu żar l-iskola primarja ta’ Wied il-Ghajn fil-Kulleġġ ta’ San Tumas More, fejn kienet għaddejja sessjoni li permezz tagħha l-istudenti jtejbu l-ħiliet tagħhom fil-litteriżmu. Fil-fatt f’din l-iskola l-għalliema jużaw strateġiji ta’ qari differenti fosthom shared reading, fejn l-istudenti jipparteċipaw f’qari interattiv mal-għalliema u l-għalliema sservi bħala mudell waqt il-qari. Din l-iskola taħdem wkoll id f’id mal-ġenituri u jiġu organizzati laqgħat u korsijiet għalihom.

L-Onor Puli spjega kif fl-aħħar snin l-għalliema bdew jimlew checklist li tidentifika l-bżonnijiet tal-istudenti fit-tagħlim biex jiġu preparti programmi u strateġiji skont il-bżonn tal-istudent. Fl-ewwel 3 snin tal-primarja l-għajnuna hija aktar iffukata fil-klassi filwaqt li mir-raba’ sena, din l-għajununa tibda tingħata wkoll b’moda aktar individwalizzat. Mir-raba’ sena wkoll studenti, bi problemi fil-qari jew fil-kitba, mir-4 sena l-quddiem jiġu megħjjuna wkoll permezz ta’ programm integrat li jinkludi it-tagħlim fil-klassi imma jinkludi wkoll tagħlim iffukat mal-complimentary teachers u forom oħra ta’ appoġġ.  Fost dawn hemm il-programm Nwar, il-programm Id f’Id, sessjonijiet ta’ story telling fil-libreriji pubbliċi, Klabb Kittieb Żgħar u Klabb Kittieba Ġenituri, Klabb Kitieba Kreattiva, Xalata ta’ Kitba, u Klabb Ħiti fost oħrajn, biex sal-lum aktar minn 10,000 familja ibbenefikaw minn dawn il-programmi ta’ wara l-hin tal-iskola.

Kull sena qed isir ukoll sample test tat-tfal fil-Year 3 li jagħti stampa nazzjonali tal-qagħda tal-litteriżmu f’din l-età, biex l-iskejjel ikollhom ukoll kejl nazżzjonali li miegħu iqabblu l-iżvilupp tagħhom f’dan il-qasam.

L-ghan ta’ din il-hidma kollha huwa li l-bzonnijiet fil-litterizmu jigu identifikati u indirizzati b’mod holistiku kemm jista’ jkun kmieni, u biex it-tfal jigu reintrgrati fil-kurrikulu tal-‘mainstream’ kemm jista’ jkun malajr. 

Permezz ta’ din ir-riforma wasslet għal twaqqif ta’ sistema ta’ appoġġ, riżorsi u għodda sa mill-2009, għall-għalliema tal-Year 1 sal-Year 4 li jinkludu wkoll 100 profesjonist fosthom Learning Support Teachers, Complementary Teachers, l-istaff tal-SpLD u tal-Malta Writing Programme. Filfatt, b’dan l-investiment fl-għalliema, Malta ġiet msemmija bħala best practice fil-pajjiżi tal-UE fil-qasam tal-assistenza ta’ għalliema speċjalment fil-litteriżmu.

Il-Unit tad-Dyslexia – is-servizz tal-SpLD issa kompla jissaħħaħ fejn grupp ta’ 17-il għalliem qed jaħdmu biex jiżviluppaw ambjenti favorevoli għal min għandu din il-kundizzjoni, irrispettivament mill-età tat-tfal. B’hekk ikun żgurat li dawn it-tfal jiġu mgħejjuna.  Din is-sena tajna dehra ġdida lil-librerija li tifforma parti miċ-Ċentru tal-SpLD li hemm fil-Furjana.

L-Onor Puli spjega li r-riformi edukattivi għandhom sfida u opportunità li jilħqu lit-tfal kollha Maltin mingħajr distinzjoni. Huwa sostna li gradwalment is-sistema edukattiva qed tinbidel mill-qiegħ għal sistema inklussiva li tindirizza aħjar il-bżonnijiet ta’ kull student u mhux tal-ftit. Għalhekk l-istrateġiji imfassla qed jidentifikaw l-isfidi u jfasslu pjanijiet biex jindirizzawhom.

L-Onor Puli faħħar ix-xogħol tajjeb li qed jagħmlu l-għalliema filwaqt li fakkar li l-Gvern żied l-investiment fl-edukazzjoni b’110 miljun ewro mill-2008 sal-lum. Fuq kollox huwa innota b’sodisfazzjon is-suċċessi li diġa bdew jiġu mill-istudenti Maltin permezz tar-riformi. Huwa ikkonkluda li filwaqt li skont rapport tal-World Economic Forum is-sistema edukattiva ta’ pajjiżna hija fost l-aqwa sistemi fid-dinja, il-Gvern se jibqa’ determinat li jinvesti biex jindirizza l-isfidi li għadu quddiemu f’dan il-qasam biex uliedna jirnexxu lkoll.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow