Left arrow Go Back

JUM IS-SIĠAR – MAL-124,000 SIĠRA INDIĠENA MĦAWWLA F’ 8 SNIN

pr0057
Date Icon 16/01/2013

Illum id-dinja tfakkar Jum is-Siġar. Permezz tal-kampanja 34U minn mindu inbdiet fl-2004 tħawwlu mal-124,000 siġra indiġena bħal ma huma is-siġar taż-żebbuġ, l-għargħar, siġar tal-luq, tal-ħarrub, u tal-ballut fost oħrajn. B’dawn is-siġar issebbaħ pajjiżna, jitħares l-ambjent u s-saħħa tat-tfal u l-familji.

L-aktar 6 postijiet li fihom tħawwlu siġar permezz tat-34U huma f’Ta’ Qali b’ammont li jaqbeż l-20,000 siġra, is-Salina fejn tħawwlu aktar minn 12,000, Xrobb l-Għagin b’aktar minn 14,500, il-Magħtab  b’madwar 13,000 siġra, fil-Mellieha tħawwlu  ‘l fuq minn 11,000,  filwaqt li f’Marsaskala tħawwlu qrib l-10,000 siġra.

Permezz ta’ tħawwil ta’ aktar siġar żdiedu l-postijiet ta’ rikreazzjoni biex it-tfal u l-familji jiltaqgħu u jilagħbu f’ambjent tajjeb għal saħħithom.  Dawn jinkludu:

• il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fejn saru erba’ estensjonijiet u se jkompli jitkabbar,

• il-Park Nazzjonali tas-Salini fejn fl-aħħar snin ġie msebbaħ u estiż b’aktar siġar,

• Park fi Xrobb l-Ġħaġin f’Marsaxlokk,

• Masġar tas-siġar taż-Żebbuġ f’San Ġwann,

• Foresta 2000 fil-Mellieħa,

• Il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa,

• Ġnien Kottonera f’Bormla,

• Camping Area b’ 4,000 siġra f’Għajn Tuffieħa

• L-Aħrax tal-mellieħa,

• Il-park tal-Familja fil-Mellieħa

Fil-Park tal-Familija f’Marsaskala se jkun hemm żona  ddedikata biex mas-700 siġra jitħawwlu mill-familji permezz tal-kampanja 34U. Għal dan il-għan il-Ministeru se jkun qed jistieden b’mod speċjali lir-residenti li joqgħodu madwar il-Park biex iħawlu siġra f’dan l-istess Park. Il-Park tal-familja f’Marsaskala se jkun fih mal-4,000 siġra u mal-20,000 arbuxell.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirringrazzja lil kumpaniji, skejjel u għaqdiet, flimkien ma mijiet ta’ familji li qed jagħżlu li jħawwlu siġra permezz ta’ waħda mill-iskemi tal-kampanja 34U. kull min ikun jixtieq li jħawwel siġra u għal aktar informazzjoni dwar il-kampanja 34U wieħed jista’ jżur is-sit www.mrra.gov.mt jew jissieħeb fil-paġna tat-34U fuq Facebook jew iċempel fuq in-numru 22922333.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow