Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ €4.6 MILJUN FIR-RIĊERKA, L-IŻVILUPP U L-INNOVAZZJONI LI JSAĦĦAĦ IL-PREŻENZA TAL-ST MICROELECTRONICS F’MALTA

pr0056
Date Icon 15/01/2013

Il-Gvern se jkun qed jiffinanzja, fit-tliet snin li ġejjin, proġett imsejjaħ Lab4MEMS approvat mill-ENIAC, li hi Joint Undertaking Ewropea li tlaqqa’ flimkien l-industrija u l-akkademja fil-qasam tal-mikroelettronika. Lab4MEMS huwa proġett koordinat mill-STMicroelectronics tal-Italja, u li fih qed jipparteċipaw l-STMicroelectronics ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Micro and Nanoelectronics fl-Università ta’ Malta.

Il-Gvern se jiffinanzja 1.75 miljun ewro għal parteċipazzjoni Maltija f’dan il-proġett, bl-investiment totali f’Malta ta’ dan il-proġett stmat li jilħaq l-4.6 miljun ewro. Dettalji dwar dan il-proġett ingħataw mir-Rettur tal-Università, Prof Juanito Camilleri, mill-Inġinier Joseph Micallef, Kap tad-Dipartiment tal-Micro u Nanoelectronics, u minn numru ta’ studenti li qed jieħdu sehem f’dan il-proġett.

L-għan tal-Proġett Lab4MEMS huwa li jistabbilixxi network favur l-iżvilupp ta’ teknoloġiji avvanzati li jintużaw fil-mikrosistemi msejħa MEMS. Dawn il-mikrosistemi llum jintużaw f’tipi differenti ta’ apparat teknoloġiku. B’kollox hemm 21 partner minn madwar l-Ewropa, tnejn minnhom f’Malta, ST Microelectronics (Malta) Ltd u d-Department of Micro and Nanoelectronics fl-Università. F’Malta, il-proġett se jimplimenta Pilot Line tal-Packaging avvanzat tal-MEMS li se jkun ibbażat fl-impjant tal-ST f’Ħal-Kirkop, li għandha esperjenza kbira fil-mikroelettronika – u tipproduċi madwar 3 miljun MEMS kuljum.

F’kummenti wara din iż-żjara, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech tkellem dwar kif f’din il-leġislatura saret ħidma importanti mill-Gvern biex jassigura li l-kumpanija ST Microelectronics tibqa’ f’pajjiżna, fl-eqqel perjodu tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali fl-2009. Dan fisser diskussjonijiet intensivi mal-Management internazzjonali tal-kumpanija fejn permezz ta’ għajnuna mill-Gvern biex il-kumpanija tkompli tinvesti u għajnuna għat-taħriġ tal-ħaddiema, dan wassal biex l-ST filfatt baqgħat Malta, kompliet tinvesti u kien żgurat li mijiet ta’ impjiegi ġew imħarsa. F’dan il-kuntest, dan il-proġett ta’ riċerka, Lab4Mems, possibbli b’finanzjament tal-Gvern bil-kooperazzjoni tal-istess ST, se jkompli jsaħħaħ il-preżenza ta’ din il-kumpanija f’Malta.

Tonio Fenech tkellem dwar l-importanza tal-investiment li qed isir fir-riċerka u l-iżvilupp f’pajjiżna, li jagħti kontribut għat-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna. Mill-2004 ’l hawn, investejna aktar minn sitt miljun ewro f’madwar 45 proġett permezz tal-Fond Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Dan minbarra aktar minn 125 proġett finanzjati mill-Programm FP7 b’valur ta’ 13-il miljun ewro. Din hija r-raba’ l-ogħla fl-Ewropa f’termini ta' proġetti per kapita.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow