Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT U L-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA U L-KONSUMATUR

pr0053
Date Icon 15/01/2013

Dott Muscat jgħid li jrid iwaqqaf unit għan-negozji li ilha mwaqqfa aktar minn sena

Il-unit li Dott Muscat dalgħodu qal li jrid iwaqqaf li tiġbor is-servizzi kollha taħt saqaf wieħed għan-negozji, ilha li twaqqfet aktar minn sena.  F’sena diġà saru aktar minn 10,500 kuntatt bejn sidien ta’ negozji jew persuni li jridu jiftħu negozju u l-Business First.  L-uffiċċju ta’ Business First jinsab fi G’Mangia.

Business First jiġbor fih aktar minn 50 servizz differenti taħt saqaf wieħed li qabel kienu jinsabu mifruxa f’postijiet differenti.  B’hekk issaħħet l-effiċjenza u tnaqqset b’mod qawwi l-burokrazija.  Business First wassal għal ħolqien ta’ aktar negozji ġodda u opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-ħaddiema f’setturi differenti tal-ekonomija.

Diversi servizzi li qabel kienu jingħataw biss minn dipartimenti fejn persuna kien ikollha tmur fiżikament f’uffiċċju, illum dawn is-servizzi qed jingħataw online u għalhekk dan qed jissarraf f’aktar effiċenza, flessibilita’ u anqas ġiri għal min hu fin-negozju.  Illum aktar minn 100 servizz differenti jingħataw online.

Kif kien stabbilit fin-National Reform Programme 2008, il-Gvern beda wkoll eżercizzju biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għal min qiegħed fin-negozju bi 15% sal-2012.  Din il-mira intlaħqet u sa issa diġà tnaqqset b’16%. Il-Gvern hu impenjat li jkompli jieħu aktar inizjattivi f’din id-direzzjoni.  Sa issa fost l-oħrajn tneħħew avviżi legali li kienu jpoġġu diversi obbligi fuq min hu fin-negozju, mhix qed tintalab informazzjoni fejn din ma tkunx meħtieġa u qed tintalab l-anqas informazzjoni possibbli. 

Saret ukoll il-liġi dwar l-Intraprizi ż-Żgħar li għandha l-għan li ttejjeb dejjem aktar l-ambjent li fih jopera n-negozji f’Malta. Dan l-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar jgħin biex is-sidien ta’ negozji żgħar u medji jaħdmu f’ambjent ekonomiku aħjar biex iżidu d-dħul għalihom u joħolqu aktar impjiegi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow