Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr0049
Date Icon 15/01/2013

Servizz ta’ trasport mill-Gvern għal resident f’Kemmuna li għandu bżonn kura

Il-Ministeru għal Għawdex jinnota li għal darb’oħra Dott Muscat b’mod żbaljat ipprova juża l-mard għal gwadann politiku.

Il-Ministeru għal Għawdex fehem is-sitwazzjoni ta’ resident ta’ Kemmuna u kkordina ħidma biex jipprovdi s-servizz tat-trasport bil-baħar biex dan il-pazjent ikun jista’ jattendi għat-trattamenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa għall-offerti biex il-pazjent ikun jista’ jinġieb Għawdex u jittieħed lura Kemmuna kull meta jkollu bżonn il-kura jew trattament.

Il-Ministeru għal Għawdex huwa infurmat ukoll li l-Malta Community Chest Fund qed tikkunsidra t-talba tar-resident biex dan ikun jista’ jiġi kkumpensat bl-ispejjeż li għamel.

Il-Ministeru għal Għawdex jirrispetta u jittratta s-sitwazzjoni ta’ dawk li jkunu għaddejjin minn każijiet simili bl-akbar prudenza, madanakollu mhux ġust li għal gwadann politiku Dott Muscat jgħid affarijiet li ma jirriflettux il-verità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow