JITLESTA XOGĦOL TA’ RESTAWR FUQ ŻEWĠ KWADRI TAS-SEKLU SBATAX
L-Onor. Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, illum żar il-Mużew tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar fejn huma esposti żewġ kwadri tas-Seklu Sbatax li fuqhom sar xogħol ta’ restawr dan l-aħħar. Il-Ministeru ta għajnuna finanzjarja lil dan il-Mużew wara li dan tal-aħħar applika għal skema ta’ għajnuna finanzarja maħruġa iktar kmieni.
Ir-restawr sar fuq il-kwadri li jirraffiguraw in-nawfraġju ta’ San Pawl fuq il-gżejjer Maltin u l-Magħmudija tal-Mulej minn San Ġwann il-Battista, it-tnejn li huma xogħol ta’ żejt fuq it-tila maħduma lejn l-aħħar tas-Seklu Sbatax minn artisti mhux magħrufa u li oriġinarjament kienu jinsabu fis-Santwarju. Iż-żewġ pitturi kienu f’kundizzjoni pjuttost ħażina u l-interventi ta’ restawr li saru mir-restawratriċi Maltija Charlotte Bellizzi jinkludu fost l-oħrajn tindif tal-pitturi, tiswija tat-tila fejn kienet imqatta’, bdil tal-qafas tal-injam u għoti mill-ġdid ta’ kulur wara li mtlew partijiet mill-pittura li kienu ntilfu. Il-Mużew tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja jinfetaħ kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, minn voluntieri matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Preżenti waqt iż-żjara tal-Ministru Said kien hemm ukoll id-deputat l-Onor. Frans Agius.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en