STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
GIDBA OĦRA MILL-MLP, FIL-ĠURNAL KULĦADD
Wara li dak li qal Dott Muscat dwar ir-rata ta inċidenza tal-kanċer ġie michud, u l-gidba dwar l-operazzjonijiet, għat-tielet darba f'temp ta’ ftit siegħat dan il-Ministeru qed jiċħad gidba oħra tal-Malta Labour Party.
Għal darb oħra, bl-iskop li jħammeg il-qasam tas-saħħa, il-Malta Labour Party uża il-ġurnal tiegħu biex ixandar rapporti mimlija gideb.
Fil-fatt b'referenza għar rapport intitolat "Aktar problemi serji fil-qasam tas-saħħa" il-Ministeru jgħarraf lill-pubbliku li l-mediċini imsemmija fir-rapport huma fil-fatt in stock u ma hemmx nuqqas tagħhom.
L-ebda mill-mediċini msemmija fl-artiklu ma huma out of stock la mill-isptar u lanqas mill-POYC. Fir-rigward tal-'fibrates', bħalissa qiegħed jingħata 'fibrate' ieħor mill-istess klassi u għalhekk il-pazjenti baqgħu jingħataw dak li għandhom bżonn.
Il-Ministeru jappella għal aktar maturita, għallinqas b'rispett lejn il-pazjenti li jallarmaw irwieħom kif jaqraw dawn it-tip ta’ rapporti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en