Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0042
Date Icon 13/01/2013

L-MLP JERĠA JIGDEB DWAR IS-SAĦĦA

Wara li Dott Muscat żbalja meta qal li f'Malta għandna rata għolja ta’ inċidenza ta’ kanċer, meta il- fatti juru li pajjiżna għandu it-tieni lanqas rata ta’ inċidenza minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea,
issa il-Malta Labour Party reġa’ hareg b’gidba oħra fuq is-sit elettroniku tiegħu

F'pass ieħor intiż biex iħammeġ lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, l-MLP, f'artiklu mhux iffirmat intitolat "No operations at Mater Dei half of the times"  ivvinta ħrafa oħra. 

Kull min hu involut fil-qasam tas-saħħa jaf li mhux l-ispeċjalisti kollha joperaw.  

It-tieni, l-ispeċjalisti li joperaw, minbarra l-operazzjonijiet, ikollhom viżti mal-pazjenti qabel u wara l-operazzjonijiet kif ukoll żjarat fis-swali.

Dawn iż-żewg punti diġa jindikaw nuqqas enormi ta interess, mhux biss fil-mod li bih jaħdmu il-professjonisti imma wkoll fis-sistema li tintuża minn ċentru mediku.  Jekk mhux hekk l-MLP qed jigdeb apposta.

Ta min ifakkar li operazzjoni fl-isptar Mater Dei tinvolvi mill-inqas 2 professjonisti - kirurgu u anestetista. Iżda fil-maġġoranza, l-operazzjonijiet li jisru jirrikjedu l-intervent ta’ aktar professjonisti, bħall-radiografi u nurses, fost oħrajn.

Il-Ministeru jieħu din l-okkażjoni biex, f'isem il-pazjenti kollha li ġew operati, jirringrazzja lill- professjonisti kollha li permezz tagħhom, għal darb oħra, inqabeż ir-rekord ta’ operazzjonijiet li saru f'sena.  Matul is-sena li għaddiet saru total ta 45,492 operazzjoni fl-Isptar Mater Dei.  Dan ifisser żieda ta’ aktar  minn 12,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena sħiħa tal-Isptar San Luqa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow