Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS SAĦĦA

pr0041
Date Icon 13/01/2013

DOTT MUSCAT JIŻBALJA DWAR IL-KANĊER U L-AŻŻMA

Matul dawn l-aħħar siegħat, Dott Muscat u kelliema oħra tal-Malta Labour Party żbaljaw meta qalu li Malta għandha fost l-ogħla inċidenza ta' kanċer.  Dan mhux minnu.  Ir-rata ta' inċidenza ta kanċer f'Malta hi anqas mill-medja Ewropea.

Malta għandha it-tieni l-anqas rata ta' inċidenza ta’ kanċer minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.  Għalhekk l-iskop ta' Dott Muscat kien li jallarma lill-poplu għal xejn b'xejn.

Anki dwar l-ażma Dott Muscat wasal għal konklużjonijiet żbaljati. 

Minn stħarrig Ewropew dwar is-Saħħa (EHIS) jirriżulta li r-reġjun tax-Xlokk ta' Malta għandu l-aktar rata baxxa ta' ażżma fil-gżira ta' Malta  (Irġiel: 5.7% - medja nazzjonali:  6.8%; Nisa: 7% - medja nazzjonali: 8.1%).

Il-Gvern f'dawn il-ħames snin investa b'mod qawwi biex tiżdied il-prevenzjoni kontra l-kanċer, qed jagħti aktar mediċini ġodda għal kura tal-kanċer u investa wkoll f'apparat ġdid u aktar modern biex jingħata trattament lill-pazjenti li sfortunament ikunu milquta mill-kanċer.  

Il-Gvern investa wkoll fit-titjib tal-kwalita' tal-arja li tissarraf f'saħħa aħjar, fosthom żieda fl-ispazji pubbliċi u miftuħa, sistemi ta' enerġija altnerattiva u inċentivi biex il-familji u n-negozji juzaw dawn is-sistemi u b'hekk jintuza anqas fuel, uzu ta' fuels li jniggsu anqas, inċentivi biex jintuzaw karozzi iżghar u li jniġġsu anqas, flotta ta' karozzi tal-linja moderna, l-għeluq tal-miżbliet u li issa qed jiġu riabilitati biex jinbidlu f'parks.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow