Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr0036
Date Icon 11/01/2013

Il-Gvern ma żamm ebda rapport moħbija

Mhux minnu li l-Gvern m’għamilx pubbliċi r-rapporti tat-TIMMS u tal-PIRLS li kienu ppublikati fl-10 ta’ Diċembru 2012.  Dawn mhumiex rapporti mistura u moħbija kif ta x’jifhem Joseph Muscat.  Iż-żewġ studji huma studji internazzjonali li kienu pubblikati online u kull min hu interessat jista’ jarahom b’mod elettroniku b’sempliċi tfittxija fuq google.

Wieħed jista’ jirreferi għall-istqarrija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol li ħarġet fit-12 ta’ Diċembru 2012, l-għada li kienu pubblikati l-imsemmija żewġ rapporti. Din l-istqarrija turi r-riżultati li kisbu l-istudenti Maltin skont dawn l-istudji internazzjonali.

Il-Partit Laburista wkoll għandu aċċess għal dawn ir-rapporti li Joseph Muscat qed jgħid li l-Gvern għadu ma ppublikax u dan jixduh iż-żewġ konferenzi stampa li għamlu Evarist Bartolo u Owen Bonnici fit-12 ta’ Diċembru 2012 dwar l-istudju tal-PIRLS u fil-21 ta’ Diċembru 2012 fuq l-istudju TIMMS.

Id-Direttorati tal-Edukazzjoni qed jagħmlu analiżi ta’ dawn ir-rapporti u r-riżultati miskuba mill-istudenti Maltin.  Dawn ir-riżultati se jitqiesu bir-reqqa u se jkun hemm anke diskussjoni mal-għalliema u edukaturi fl-oqsma partikolari biex naraw fejn hemm bżonn intejbu u kif nistgħu nassistu aktar lill-għalliema u l-istudenti biex jinkisbu riżultati dejjem aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow