Left arrow Mur Lura

IS-SINJURA MARGARET ABELA TNEDI L-ATTIVITÀ TAL-FESTA TAĊ-ĊITRU

pr0032
Date Icon 11/01/2013

Is-Sinjura Margaret Abela flimkien mal-istudenti minn diversi kulleġġi nedit l-attività tal-festa taċ-ċitru fil-ġnien taċ-ċitru li jinsab fil-Palazz ta’ San Anton

Il-ġnien taċ-ċitru jikkonsisti f’madwar 600 mitt siġra u llum ġiet organizzata attività bi preparazzjoni tal-Festa taċ-Ċitru li ssir fil-Palazz ta’ San Anton. L-istudenti kellhom l-opportunità li jgħinu fil-qtugħ tal-larinġ li beda llum fil-ġnien taċ-Ċitru. Ingħataw spjegazzjoni dwar il-proċess u wara xorbu tazza larinġ magħsur.

Din hija ir-raba’ sena li l-Malta Community Chest Fund qed torganizza l-Festa taċ-Ċitru u s-Sinjura Abela spjegat li l-Festa taċ-Ċitru daħlet fil-kalendarju tal-attivitajiet fejn il-larinġ, il-mandolin, lumi u l-larinġ tal-bakaljaw jinqata’ kollu u jinbiegħ fl-attività li ssir nhar il-Ħadd 20 ta’ Jannar. Din l-attività li ssir fil-ġonna privati tal-Palazz ta’ San Anton tibda fl-għaxra ta’ filgħodu sal-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Il-pubbliku li jattendi jkun jista’ jixtri l-larinġ u wkoll jkun jista’ jdur mal-ġonna privati kif ukoll il-ġnien taċ-ċitru li jinfetħu għal din l-okkażjoni. Il-Kċina tal-Palazz ta’ San Anton se tipprepara ikel u wkoll muffins  bil-larinġ u l-lumi. Se jkun hemm stands li jbiegħu kejkijiet tal-larinġ u l-lumi u wkoll vażetti tal-marmalades fost ħafna affarijiet oħra.  Se jkun hemm wkoll diversi stands fosthom ibiegħu siġar żgħar tal-larinġ u l-lumi.

Matul il-ġurnata se jkun hemm attivitajiet għat-tfal fil-ġonna kif wkoll varjetà fuq il-palk prinċipali.

Il-qliegħ mill-attività se jmur b’risq Puttinu Cares Foundation fil-fatt għall-attività ta’ dalgħodu kien preżenti Dott  Victor Calvagna, President ta’ Puttinu Cares fejn esprima r-ringrazzjamenti tiegħu għal dan il-ġest tal-Malta Community Chest Fund li se jkompli jmur favur il-ħidma tal-appartamenti ġewwa Sutton.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow