JONQSU L-INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita` Joe Cassar illum ippreżenta l-aħħar statistika dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Skont l-aħħar statistika, l-inċidenti naqsu minn 3,500 inċident għal kull 100,000 ħaddiem fl-2002, għal 1,700 inċident kull 100,000 ħaddiem fis-sena 2012. L-imwiet fuq il-post tax-xogħol naqsu minn medja ta’ 9 fis-sena fl-2002 għal 4 kull sena. Din l-istatistika nġabret mill-Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-post tax-xogħol Dan jirrifletti l-ħidma kontinwa tal-Gvern biex l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol jonqsu.
L-Onor. Joe Cassar fl-indirizz tiegħu irringrazzja l-ħaddiema kollha tal-Awtorita` għall-ħidma kontinwa ta’ l-istess awtorita` sabiex titqajjem kuxjenza favur livelli għolja ta’ saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministru Cassar kompla billi qal li llum l-awtorita` saret punt ta’ riferenza u għajnuna għal kull min ikollu bżonn is-servizzi tagħha. L-istess awtorita` ħadmet biex tiżdied l-informazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-soċjeta`. Ma’ dawn kien hemm sensiela ta’ proġetti u ġew organizzati wkoll diversi kampanji dwar prattiċi tajba fuq il-post tax-xogħol.
Ċertifikat ieħor li ħadna ħareġ mill-European Agency for Safety and Health at Work li fil-website tagħhom kitbu l-artiklu ‘Malta leads the way in promoting good occupational safety and health’ li ħareġ f’Novembru tal-2012. Dan l-artiklu jkompli billi jgħid ‘[Malta] is one of the leaders in the proactive protection of its workers’. Dan juri biċ-ċar il-ħidma għaqlija tal-awtorita`.
Iċ-chairperson tal-awtorita`, Ms. Roberta Messina, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-istess awtorita` Dr Mark Gauci komplew billi irringrazzjaw il-ħaddiema kollha tal-awtorita` għall-ħidma tagħhom. Dr Gauci kompla billi irringrazzja lill-Ministru Joe Cassar talli dejjem sab sapport min-naħa tal-Ministeru u li dejjem ġiet magħrufa l-importanza u l-ħtieġa ta’ din l-awtorita`.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en