STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr0029
10/01/2013
Fil-Baġit 2013 il-Gvern kien ħabbar roħs fit-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq vetturi M1 tat-tip Euro standard 5 sa massimu ta’ 30 fil-mija.
Jidher li ż-żewġ Partit Politiċi għamlu dikjarazzjonijiet pubbliċi li jekk ikunu eletti, jimplimentaw din il-miżura.
Għaldaqstant, il-Gvern qiegħed jieħu d-deċiżjoni li, permezz ta’ regolamenti, id-differenza li suppost titħallas mhux ser tkun dovuta. Ir-regolament innifsu ser jgħid li kemm-il darba ma jiġix revokat sa’ l-ewwel ta’ Ġunju 2013, allura jkun daħal fis-seħħ b’mod permanenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en