Risposta tal-Gvern għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-pożizzjoni tal-Gvern dwar it-tariffi
pr0026
09/01/2013
Il-pożizzjoni tal-Gvern dejjem kienet konsistenti li jżomm it-tariffi fl-inqas livelli b’mod sostenibbli. Għalhekk qed isir interconnector u l-Gvern irid li jsir pipeline tal-gass għall-generazzjoni tal-elettriku. Il-benefiċċju ta’ dawn l-investimenti għandhom jitgawdew mill-konsumaturi, min-negozji u mill-industrija kollha billi t-tariffi jinżammu fl-inqas livelli u b’mod li jkunu sostenibbli għal pajjiż.
Din il-pożizzjoni tenniha l-Prim Ministru inkluż illum, meta kritika lill-Oppożizzjoni li trid li ġġib il-gass bil-vapuri, minflok tagħmel pipeline tal-gass li jikkwalifika għall-fondi Ewropej. Dak li trid l-Oppożizzjoni jgħolli l-ispiża tal-elettriku.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en