Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN - It-Tisħiħ tar-Riżorsi umani fis-servizzi korrettivi huwa proċess kostanti

pr0025
Date Icon 09/01/2013

B’referenza għall-istqarrija tal-kelliem tal-Oppożizzjoni Michael Falzon dwar l-għoti ta’ promotions fid-Dipartimenti msemmija, il-Ministeru tal-Intern ifakkar illi wara li fis-sena 2010 kienu ħarġu sejħiet għal managers li kienu inħatru s-sena ta’ wara, fl-istess sena it-taqsima edukattiva tal-Ħabs kienet imsaħħa bl-ingaġġ ta’ Education Co-Ordinator u numru ieħor ta’ għalliema u instructors esterni.

Lejn tmiem l-2011 is-settur tal-probation twaqqaf bħala Dipartiment ġdid tal-Probation u Parole proprju biex jindirizza l-obbligi ġodda marbutin mal-Liġi tal-Ġustizzja Riparatiriċi li ddaħħlet fis-seħħ f’Jannar tal-2012. B’rabta ma’ dan matul is-sena 2011 u s-sena 2012 ġew ingaggati diversi uffiċċjali tal-parole u probation, minbarra l-uffiċċjali tas-senior management li huma indispensabbli biex ikun jista’ jitħaddem dan id-dipartiment ġdid.

Is-sejħiet fil-gradi kollha tad-Dipartiment tal-Probation u Parole u d-Dipartiment tas- Servizzi Korrettivi kienu għaddejin matul is-sena l-oħra kollha u għal raġunijiet ovvji, peress li kull proċess jieħu iż-zmien tiegħu għad hemm uħud minn dawn il-proċessi li qed jiġu finalizzati. Ghalhekk l-Onor Michael Falzon wasal għal konklużjonijiet żbaljati.

L-istess regolamenti u proċeduri tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku jistabbilixxu il-kriterji ta’ eligibilità lihuma riflessi fid-domandi li jsiru waqt l-interviews bħala parti mill-proċessi ta’ selezzjoni li qed jintużaw f’dawn il-każijiet. Dan japplika ukoll għall-proċessi ta’ selezzjoni kollha li għaddejin bħalissa għar-rigward ta’ sejħiet maħruġa mill-Facilità Korrettiva.

Wieħed ma jistax ma jinnutax li filwaqt li l-Oppożizzjoni qatt ma tonqos milli tipprova tiżra d-dubju dwar l-operat tas-servizzi li jaqgħu taħt il-ġustizzja riparatriċi, ma titlifx ċans biex tagħmel il-bsaten fir-roti meta ikunu qed jissaħħu ir-riżorsi umani ta’ dawn l-istess servizzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow