Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI - Xejn ġdid minn Dott Muscat. Inizjattivi fl-enerġija alternattiva li diga qed jitwettqu jgħid li se jagħmilhom hu

pr0024
Date Icon 09/01/2013

L-erba’ proposti suppost ġodda li tkellem dwarhom illum Dott.  Muscat m’huma xejn għajr proposti li diġa twettqu, jew li diġa tħabbru minn dan il-Gvern.  Dott Muscat huwa mehdi fil-gimmicks u għalhekk ma jiddejjaq xejn jippreżenta bħala ġdid dak li ġa qed jitwettaq. 

Dan stqarru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino waqt konferenza tal-aħbarijiet f’dar f’Pembroke li bbenefikat mill-iskemi tal-Gvern għal xiri ta’ apparat li jiġġenera l-enerġija mix-xemx. 

George Pullicino qal li l-Gvern ilu għaddej bi skemi li jinċentivaw ix-xiri ta’ apparat li jiġġenera l-enerġija mix-xemx tant li sa’ llum, ‘il fuq minn 14,500 familja ngħataw għajnuna finanzjarja biex għamlu PV’s, solar water heater jew double glazing, filwaqt li kien hemm mal-270 sid ta’ negozju jew fabbrika li wkoll ibbenefikaw minn għajnuniet biex jinvestu f’enerġija alternattiva.
George Pullicino fakkar kif il-Gvern diġa introduċa l-kunċett ta’ solar farm meta ħareġ sejha pubblika sabiex jimla 67,000m2 ta’ soqfa ta’ binjiet pubbliċi bil-panelli fotovoltaici u beda l-proċess biex  40,000 metru kwadru oħra ta’ soqfa ta’ bini pubbliku jinksew b’panelli fotovoltajiċi.  Pullicino tenna li bħala parti mir-riabilitazzjoni tal-miżbla l-magħluqa tal-Qortin il-Gvern qed jaħdem biex jinstalla sistema ta’ panelli fotovoltajiċi fuq medda ta’ 6,000 metru kwadru ta’ art u qed jippjana biex parti mill-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab ukoll tinkesa b’panelli fototvoltajiċi. 

Il-Gvern diga ħabbar li qed jiffinalizza wkoll skema li permezz tagħha familji li ma jistgħux iwaħħlu pannelli fotovoltajiċi fuq il-bejt tagħhom, jinvestu f’sistema lil hinn mir-residenza tagħhom. Dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-enerġija nadifa ġenerata skont l-investiment li jagħmlu f’din is-sistema komuni.  Dott Muscat sabha komda li proposta li diġa tħabbret, jgħid li qed joħroġ biha hu!

Fir-rigward tal-proposta kkupjata ta’ Muscat dwar l-energy audits, il-Ministru Pullicino fakkar kif dawn diġa bdew isiru f’Ghawdex biex il-familji jingħataw pariri kif jiffrankaw.  Hu qal li kien dan il-Gvern li qassam ukoll mal-miljun bozza energy saving fid-djar lil 130,000 familja skond id-daqs tal-familja, mizura li l-Oppożizzjoni kienet irredikolat.

Il-Ministru Pullicino semma kif skema li nċentivat lil-familji biex jibdlu appliances qodma ma’ appliances energy efficient waslet biex inxtraw 45,000 appliance ġdida.  Hu fakkar kif fil-Budget għas-sena 2013, il-Gvern ħabbar li se jestendi l-iskemi li jinċentivaw lin-nies jinvestu f’Solar Water Heaters, roof insulation u double glazing. Flimkien ma’ dawn, il-Gvern qed jaħdem biex jikseb fondi ewropej biex aktar familji jgawdu minn skema li tinċentivahom jinvestu f’sistema ta’ panelli fotovoltajiċi. George Pullicino qal li l-proposta ta’ Muscat li jqassam water saving kit ukoll hija kkuppjata għaliex il-Gvern diġa bdieha f’Għawdex.  Għalhekk il-Ministru Pullicino qal li Dott Muscat m’għandux pjan għall-enerġija, imma mehdi biss fil-gimmicks.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow