Left arrow Go Back

KUMPANIJA MALTIJA TINVESTI 5 MILJUN EWRO FI SPTAR ĠDID PRIVAT

pr0023
Date Icon 09/01/2013

Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Ħal Qormi, dalgħodu l-kumpanija Maltija Caring First ħabbret investiment ta’ ħames miljun ewro fi sptar privat ġdid.

L-isptar, li jismu St. Thomas Hospital, se jkun mgħammar b’apparat modern u fost oħrajn se joffri wkoll servizz ta’ kura immedjata.

Is-Sur Ryan Buhagiar, Direttur fi ħdan Caring First qal li is-Saint Thomas Hospital se jkollu 30 sodda għall-pazjenti, żewġ teatri għall-operazzjonijiet, 13-il outpatient clinic, sezzjoni tal-oftalmoloġija u anke Dipartiment tar-Radjoloġija b’appart diġitali.  L-isptar se jkollu wkoll CT Scanner state of the art li se joffri diversi vantaġġi kemm lill-pazjent u anke lill-professjonist.

Is-Sur Buhagiar irringrazzja lill-Malta Enterprise li kienet strumentali biex l-isptar jikkwalifika għall-ko-finanzjament tas-CT Scanner minn fondi ERDF. 

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li dan l-investiment minn kumpanija privata hu sinjal ċar ta’ fiduċja fl-ekonomija ta’ pajjiżna.  Filwaqt li pajjiżi oħra għaddejjin minn żmien diffiċli, f’pajjiżna qed ikollna dawn it-tip ta’ investimenti anke minn kumpaniji lokali. Dr Cassar qal li dan huwa wkoll frott dirett tal-ħidma mill-qrib li dan il-Gvern kellu mal-privat fil-qasam tas-saħħa. 

Minn ftehim differenti li l-Gvern għandu mal-privat qiegħed jibbenefika il-pazjent li mhux biss qed jingħata servizz professjonali imma wkoll qiegħed jingħata s-servizz f’ħin iqsar.  Id-diversi eżempji jinkludu l-operazzjonijiet tal-kataretti, dawk dwar l-MRI u anke artroskopiji u PET / CT Scans.

Joe Cassar faħħar l-impenn muri mid-Direttur tal-Caring First li b’dan il-pass issa ser ikomplu jsaħħu s-servizzi tal-saħħa mill-privat fil-komunità.  Hu awgura kull suċċess lill-isptar Saint Thomas. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow