Left arrow Go Back

IKOMPLU JIŻDIEDU L-OPERAZZJONIJIET FL-ISPTAR MATER DEI

pr0020
Date Icon 08/01/2013

Is-sena li għaddiet saru 12,000 operazzjoni aktar mill-aħħar sena sħiħa tal-Isptar San Luqa

Matul is-sena li għaddiet saru total ta 45,492 operazzjoni fl-Isptar Mater Dei.  Dan ifisser żieda ta’ 1,745 operazzjoni fuq is-sena ta’ qabel u żieda ta’ aktar minn 12,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena sħiħa tal-Isptar San Luqa.

Dan ħabbru l-Ministru Joe Cassar waqt żjara li għamel fin-National Blood Transfusion Service, jew kif inhu magħruf aħjar il-Bank Nazzjonali tad-Demm.

Il-Ministru Cassar qal li is-sena li għaddiet kien ġie maħsub li kien diffiċli li in-numru ta’ operazzjonijiet ikompli jiżdied wara n-numru rekord ta’ operazzjonijiet li kienu saru fl-2011.  Iżda bis-saħħa ta’ ħidma kollettiva mill-professjonisti u t-tmexxija tal-Isptar Mater Dei fil-fatt l-operazzjonijiet komplew jiżdiedu.   Hu rringrazzja lil kull min kien involut għax iż-żieda fin-numru ta’ operazzjonijiet tissarraf b’mod dirett f’aktar nies li jkunu qed jgħixu livell ta’ ħajja aħjar.

1.JPG

In-numru ta operazzjonijiet skont is-sena


Filwaqt li dawn iċ-ċifri ma jinkludux l-operazzjonijiet li jsiru b’xejn fl-isptarijiet privati, il-Ministru Cassar fakkar li bis-saħħa ta ftehim differenti ma’ entitajiet privati, aktar nies qed jiġu operati f’ħin iqsar.  Hu rringrazzja wkoll lid-donaturi kollha tad-demm, minħabba l-fatt li qabel ma’ tibda kull operazzjoni, il-kirurgu jrid ikollu assigurazzjoni li, f’każ ta’ bżonn,  hemm id-demm għad-diżpozzjoni tat-tim mediku.

Dr Alex Aquilina, li jmexxi in-National Blood Transfusion Centre rringrazzja lid-donaturi kollha li juru fiduċja fiċ-ċentru kif ukoll lill dawk kollha li jaħdmu u b’xi mod jikkontribwixxu biex in-numru ta’ donaturi jkompli jiżdied.

Hu qal li il-bżonn tad-demm kompla jiżdied mhux biss għall-ammont ta’ operazzjoniet li qed isiru imma anke minħabba t-titjib fil-kura, partikolarment għall-kanċer, li seħħet f’pajjiżna.  Hu qal li filwaqt li qabel, pazjent bil-kanċer, sfortunatament kien imut fi ftit xhur, illum il-kura li hawn tfisser li hawn aktar nies li qed jibqgħu ħajjin.  Din il-kura iżda ġġib magħha talba għal aktar demm, li jrid jiġi mid-donaturi.

Filwaqt li fakkar li jekk ma jkunx hemm biżżejjed demm ikollohom jitħassru numru ta’ operazzjonijiet, Dr Aquilina rringrazzja lill-mezzi tax-xandir kollha tal-għajnuna kontinwa li jagħtu liċ-ċentru matul is-sena.

Il-Ministru Cassar iltaqħa wkoll ma persuni li kienu qed jagħtu d-demm fil-ċentru u qal li d-donaturi huma l-eroj moderni u li kulħadd għandu jsegwi l-eżempju li qed jagħtu.  Fil-fatt fiċ-ċentru kien hemm tlett donaturi.  Waqt li persuna kienet qed tagħti d-demm għall-ewwel darba, persuna oħra qalet li ilha tagħti d-demm għal-diversi snin, wara li membru fil-famija kellha bżonn id-demm minħabba kanċer. 

Donatur ieħor kien qiegħed jagħti donazzjoni ta’ platelets, liema donazzjoni tintuża ħafna waqt trattament għall-kanċer.  Minħabba li l-platelets ma jistgħux jinżammu għal żmien twil, id-donaturi tal-platelets ikunu qed jistennew telefonata miċ-ċentru sabiex jagħmlu id-donazzjoni meta jkun hemm bżonn.  Dan ġieli fisser bżonn ta’ donazzjoni f’ħin qasir.

2.JPG

3.JPG

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow