STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Għal Malta Labour Party 127,822 persuna ma jfissru xejn
Hija ironika li propju fil-jum li fih il-Malta Labour Party qiegħed jappella għall-għaqda, jarmi ix-xogħol kollu ta diversi professjonisti fil-qasam tas-saħħa li permezz tagħhom 127,822 persuna qed jieħdu l-mediċini b’xejn.
Dan l-aġir mhuwiex ġdid għall-MLP li b’mod konsistenti għamel ħames snin jiżra in-negattività, iżda ma jagħtix assigurazzjonijiet.
Jista’ l-MLP jiżgura li jekk ikun fil-Gvern ma jkunx hemm mediċini out of stock?
Ovvjament li le. Dan għaliex dan ma jiddependix mill-Gvern, iżda minn ċirkostanzi li lokalment ħadd ma jkollu kontroll fuqhom anki minħabba li l-mediċini tiġi impurtata minn barra.
Waqt li l-Oppożizzjoni kienet qed tara kif teqred is-settur tas-saħħa, Gvern Nazzjonalista kompla jifrex l-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek f’160 spiżerija madwar Malta u Għawdex, fost l-oħrajn kompla jżid il-lista ta mediċini li l-Gvern jagħti b’xejn u irdoppja il-kundizzjonijiet kroniċi fuq il-kartuna li permezz tagħha aktar nies huma intitolati għal mediċini b’xejn
Iżda il-fatt li 127,822 persuna huma intitolati għal 1,300 tip ta’ mediċina b’xejn, għall-MLP ma jfisser xejn.
Tassew xejn ġdid mill-MLP.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en