ĦRUĠ TA' BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAS-SENA 2013
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq javża li l-pagament li jmiss tal-Allowance għat-Tfal u l-Għajnuna Supplimentari qed jitħallas illum 5 ta' Jannar 2013 bir-rati kif applikabbli fl-2012.
Il-minimu taċ-Children’s Allowance hu ta’ €350 għal kull wild, independentament mid-dħul tal-familja. Familja li għandhom bżonn aktar għajnuna jingħataw rata aktar għolja ta’ Children’s Allowance.
Id-Dipartiment jinforma wkoll li bħalissa bdew il-preparamenti biex tkun tista' titħallas iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-benefiċċji, pensjonijiet u għajnuniet soċjali kollha. L-ewwel żidiet għall-għoli tal-ħajja fil-pensjonijiet u għajnuniet soċjali għandhom jitħallsu fil-pagamenti tal-benefiċċji msemmija wara d-19 ta' Jannar 2013.
Fl-aħħarnett jiġi avżat ukoll li għaddejjin il-preparamenti biex titħallas l-għotja ta' €300 lill-Anzjani 'l fuq minn tmenin (80) sena u li għadhom jgħixu fid-dar tagħhom jew mal-familja tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en