IL-KUNĊERTI TAL-EWWEL TAS-SENA U L-EPIFANIJA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
L-Orchestra Riviera dei Ciclopi tat kunċert fir-Residenza San Vinċenz de Paul, nhar il-Erbgha 2 ta’ Jannar 2013.
Iż-żjara ta’ din l-orkestra, magħmulha minn 60 mużiċista, kienet possibli permezz tal-Kavallieri ta’ San Lazzru ta’ Malta.
Din hija t-tielet attività li qed issir flimkien mal-Kavallieri ta’ San Lazzru. Ftit tal-ġimghat ilu sar kunċert ieħor minn korijiet li ġejjin minn diversi reġjuni fl-Italja, kif ukoll proġett mal-Girl Guides ta’ Malta.
L-Orchestra Riviera dei Ciclopi kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast William D’Arrigo. Din l-orkestra rebħet l-10 edizzjoni tal-Folk Festival Internazzjonali ta’ Malta. Numru sabiħ ta’ residenti attendew għal dan il-kunċert, flimkien mal-qraba u l-ħbieb.
Il-Joy Gospel Singers se jagħtu kunċert fit-Teatru tar-Residenza San Vinċenz de Paul nhar l-Epifanija, fis-6 ta’ Jannar 2013 fis-6pm. Dan il-kor kanta f’diversi pajjiżi, fosthom l-Italja.
Dawn l-attivitajiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti, kif ukoll jikkumplimentaw in-numru ta’ servizzi li jingħataw.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en