Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr0010
Date Icon 04/01/2013

Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli Lokali 2013 – Ħatra  ta’  Assistenti Kummissjonarji Elettorali u persuni li jgħoddu,  jissorveljaw u jikkalkolaw

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li isimhom se jidher fir-Reġistru Elettorali, li se jkun ippubblikat dan ix-xahar, sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew bħala persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw u persuni li jikkalkolaw għal waqt l-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet Ġenerali u fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li jmiss. Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.

L-applikazzjonijiet fuq il-formoli preskritti jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fl-Uffiċċju tagħha, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, mit-Tnejn 7, sal-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2013, mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m. u nhar is-Sibt 12 Jannar, 2013, mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.   Persuni Għawdxin  jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Frangisk,  ir-Rabat, Għawdex. Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fl-istess ġranet u ħinijiet jew mill-website tal-Kummissjoni Elettorali  www.electoral.gov.mt .

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow