STQARRIJA MILL-IDENTITY MANAGEMENT OFFICE
pr0005
03/01/2013
B’referenza għad-dħul fis-seħħ, mill-1 ta' Jannar 2013, ta’ Avviż Legali Nru. 309 tal-2012 (Regolamenti tal-2012 dwar id-Drittijiet li għandhom jitħallsu għad-Dokumenti tal-Identità) qiegħed jiġi ċċarat li, għalkemm legalment tista’ tinftiehem mod ieħor, iż-żieda fil-ħlas ta’ drittijiet se tkun applikabbli biss minn meta tibda toħroġ il-verżjoni l-ġdida tal-karta tal-identità (li tinkludi funzjonalitajiet elettroniċi). Tali żieda se tkun qed issir sabiex tkopri spejjeż dovuti għal proċessi addizzjonali, fosthom ta’ sigurtà miżjuda fil-karta tal-identità nnifisha.
Għaldaqstant qed jiġi ċċarat ukoll li sakemm joħroġ avviż ieħor, ir-rati li kienu eżistenti sal-31 ta’ Diċembru 2012 se jibqgħu japplikaw.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en