Left arrow Mur Lura

OPEN WEEKEND TAX-XOGĦOL FUQ IL-KONSOLIDAMENT U R-RESTAWR TAS-SWAR FIĊ-ĊITTADELLA

pr2820
Date Icon 29/12/2012

Nhar is-Sibt 5 ta’ Jannar u l-Ħadd 6 ta’ Jannar 2013, il-Ministeru għal-Għawdex flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qed jorganizzaw Open Weekend fejn il-publiku ser ikun jista’ jsegwi aktar mill-qrib ix-xogħol ta’ restawr li għaddej u jingħata wkoll tagħrif dettaljat dwar il-proċess involut f’dan il-proġett kumpless marbut mal-konsolidazzjoni tas-swar taċ-Ċittadella.

Matul dawn il-jumejn uffiċċjali kwalifikati mid-Direttorat tar-Restawr, ser idawru l-viżitaturi fi gruppi żgħar madwar is-swar fejn tiġi spjegata t-teknika tal-interventi li qed isiru. Minħabba r-restrizjonijiet tas-sit, hu mitlub li kull min jixtieq jattendi, jirreġistra permezz ta’ email fuq: restoration.mrra@gov.mt jew billi jċempel fuq in-numri 22997590 jew 22997688, biex b’hekk jirriżerva l-ħin tat-tour. Ir-reġistrazzjonijiet jibqgħu jiltaqgħu sal-Ġimgħa 4 ta’ Jannar.

Fiċ-Ċittadella qed isir xogħol ta’ interess partikolari. Mhux biss qed isir xogħol ta’ restawr iżda wkoll xogħol ta’ konsolidament tal-blat li fuqu hi mibnija din il-medda ta’ swar. Minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi tiegħu dan il-blat jesebixxi diversi konsenturi li jistgħu jwasslu biex sezzjonijiet mill-blat jinqatgħu minn mal-massa ċentrali u hekk jipperikola l-istabilità strutturali tas-swar li jserraħ fuqu - xi ħaga li fil-fatt diġà ġrat ftit ta' snin ilu, meta parti mill-blat ċeda waqt maltempata. Għalhekk wara studji li saru ġiet iddisinjata sistema biex il-blat jiġi kkonsolidat, u wara dan il-proċess is-swar ta' fuqu jiġu restawrati. Din it-teknika ta' konsolidament qed tinvolvi l-irbit tal-blat dgħajjef permezz ta' 'l fuq minn 230 musmar u ankoraġġ tal-azzar (steel nails and steel anchors) ta' tul li jvarja minn 6 metri sa' 24 metru. Fuq il-partijiet tal-blat li l-iktar li jinsab fi stat ħażin ser titwaħħal ukoll xibka ta' protezzjoni.

Il-ħsarat li nstabu fuq il-blat u s-swar taċ-Ċittadella waqt il-preparamenti għax-xogħlijiet kienu partikolari ħafna. It-tip ta’ ġebel użat fil-bini taċ-Ċittadella, il-mod li bih inbniet flimkien mal-proċessi naturali ta’ deterjorazzjoni, irriżulta f’li l-ġebla ttieklet b’mod partikulari li hu kemxejn differenti mit-tip ta’ deterjorazzjoni li tikkaratterizza s-swar l-oħra ta’ Malta.

Ix-xogħol ta’ restawr tas-swar kollha qed jinvolvi t-tindif tal-ġebel mill-elementi li jikkawżaw ħsara, bħall-għeruq tal-kappar li maż-żmien kiber mill-fili; il-konsolidament tal-wiċċ tal-ġebla u t-tibdil tal-ġebel l-iktar deterjorat, u t-tikħil mill-ġdid tal-fili, fost xogħol ieħor.

Ix-xogħol li qed isir fuq is-Swar kollha taċ-Ċittadella f’Għawdex għandu investiment ta’ aktar minn €6 miljun ko-finanzjat bir-rata ta 85% mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow